Il-konsumaturi u SCIP

Skont ir-Regolament REACH, il-konsumaturi għandhom “dritt li jkunu jafu” dwar is-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fil-prodotti li jixtru.

SCIP hija bażi ta’ data ġdida għall-konsumaturi dwar sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti biex tħeġġeġ is-sostituzzjoni ta’ sustanzi perikolużi.

Iż-żieda fit-trasparenza dwar is-sustanzi perikolużi se tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet aktar infurmati meta jixtru l-prodotti u tipprovdi informazzjoni dwar kif tali prodotti l-aħjar jintużaw u jintremew.

 

Sustanzi kimiċi f’ekonomija ċirkolari

Sinjal tar-riċiklaġġ

Ekonomija ċirkolari tikkonċerna l-mod kif nużaw, kif nużaw mill-ġdid u kif narmu l-materjali, kif innaqqsu l-iskart u kif nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi. L-użu ta’ sustanzi kimiċi ta’ riskju għandu jitnaqqas fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti.

Uża d-dritt tiegħek li tistaqsi

Basket tax-xiri fil-ħanut tal-merċa

Jekk tissuspetta li prodott li tixtri jista’ jkun fih sustanzi kimiċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara, inti għandek id-dritt li tistaqsi għal informazzjoni dwarhom.