Il-fornituri tal-oġġetti

Il-kumpaniji li jfornu oġġetti li fihom sustanzi tal-Lista ta’ Kandidati u jqegħduhom fis-suq tal-UE huma obbligati li jissottomettu l-informazzjoni dwar dawn l-oġġetti lill-ECHA.

 

1. Sib jekk jeħtieġx li tissottometti notifika ta' SCIP

Jiena affettwat? 

L-obbligu li tissottometti notifika ta' SCIP ikopri l-oġġetti kollha mqiegħda fis-suq tal-UE li fihom sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fuq il-Lista ta’ Kandidati f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0.1 % w/w. 

Il-fornituri tal-oġġetti li ġejjin jeħtieġ li jipprovdu informazzjoni lill-ECHA:

  • il-produtturi u l-muntaturi tal-UE, 
  • l-importaturi tal-UE, 
  • id-distributuri tal-UE ta’ oġġetti u atturi oħrajn fil-katina tal-provvista  li jqiegħdu oġġetti fis-suq. 

Il-bejjiegħa bl-imnut u atturi oħra tal-katina ta’ provvista li jfornu oġġetti direttament u esklussivament lill-konsumaturi mhumiex koperti mill-obbligu li jissottomettu informazzjoni lill-bażi ta’ data SCIP.

Minn liema data jenħtieġ li l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-ECHA?

Mill- 5 ta’ Jannar 2021, l-informazzjoni fuq oġġetti li fihom SVHCs (fuq il-Lista ta’ Kandidati) f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0.1 % w/w u mqiegħda fis-suq tal-UE jeħtieġ li tiġi nnotifikata lill-ECHA.

 

2. Kun af u ifhem ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni

Liema informazzjoni jeħtieġ li tiġi kkomunikata lill-ECHA?

Il-fornituri tal-oġġetti jeħtieġ li jissottomettu lill-ECHA l-informazzjoni li ġejja:

  • informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-oġġett
  • l-isem, il-firxa ta’ konċentrazzjoni u l-post tas-sustanza(i) tal-Lista ta’ Kandidati preżenti f’dak l-oġġett; u
  • informazzjoni oħra li tippermetti l-użu sikur tal-oġġett, b’mod partikolari informazzjoni li tiżgura l-ġestjoni xierqa tal-oġġett ladarba dan isir skart. 

Lista dettaljata tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni kollha hija mogħtija fid-dokument “Detailed Information Requirements” (Rekwiżiti Dettaljati tal-Informazzjoni)

Liema data sottomessa fil-bażi ta’ data SCIP se tiġi ppubblikata mill-ECHA?

L-informazzjoni sottomessa lill-bażi ta’ data SCIP se tkun disponibbli għall-pubbliku u għalhekk disponibbli bil-lest għall-operaturi tal-iskart sabiex timtela l-lakuna attwali fil-fluss tal-informazzjoni.

L-ECHA se tippubblika l-informazzjoni, hekk kif tasal, fuq is-sit web tagħha. Il-kwalità tad-data jibqa’ responsabbli minnha kull detentur tad-data. Fl-istess ħin, l-ECHA se tiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali fejn ikun iġġustifikat. Pereżempju, id-data li tippermetti li jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-atturi fl-istess katina ta’ provvista mhux se tkun disponibbli għall-pubbliku.

 

3. Kun af il-portafoll tal-oġġetti tiegħek

Kun af il-portafoll tal-oġġetti tiegħek

Ladarba tkun identifikajt obbligu u tkun familjari mar-rekwiżiti ta' informazzjoni standard, ikun wasal iż-żmien li tagħti titwila lejn il-portafoll tal-oġġetti tiegħek bħala tali jew lejn l-oġġetti kumplessi (prodotti).

Identifika liema oġġetti bħala tali jew f’oġġetti kumplessi fihom sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fuq il-Lista ta’ Kandidati f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0.1 % w/w.  

Skont l-irwol tiegħek fil-katina tal-provvista, jeħtieġ li dejjem tqis l-inputs (oġġetti bħala tali jew oġġetti kumplessi rċevuti bħala riċevitur) u l-outputs (oġġetti bħala tali jew oġġetti kumplessi mqiegħda fis-suq bħala fornitur) tal-proċess tiegħek.

Kif REACH jiddefinixxi oġġett

  • Skont l-Artikolu 3(3) ta' REACH, oġġett huwa oġġett li matul il-produzzjoni jingħata forma, wiċċ jew disinn speċjali li tiddetermina/jiddetermina l-funzjoni tiegħu aktar milli l-kompożizzjoni kimika tiegħu.
  • “Oġġett kumpless” huwa oġġett magħmul minn aktar minn oġġett wieħed.
  • L-oġġetti li jiġu assemblati jew magħquda flimkien f’oġġetti kumplessi jibqgħu oġġetti, sakemm iżommu forma, superfiċje jew disinn speċjali, jew sakemm ma jsirux skart.

 

4. Adatta d-data tiegħek
  • Stabbilixxi kif l-oġġett jew l-oġġett kumpless (prodott) se jiġi identifikat fin-notifika:
    • Isem l-oġġett, ismijiet oħra (Eż. Marka; Mudell; Tip)
    • Identifikatur Primarju tal-Oġġetti, Identifikaturi tal-Oġġetti oħra (eż. in-Numru Ewropew tal-Oġġetti (EAN); in-Numru tal-Entrati tan-Negozjar Globali (GTIN); in-Numru tal-Katalgu; l-ID tal-oġġett tal-ECHA; in-numru tal-part.)
    • Kategorija tal-oġġett: L-identifikazzjoni tal-oġġett jew tal-oġġett kumpless minn lista armonizzata bbażata fuq funzjoni/użu (it-Tariffa Integrata tal-Komunità Ewropea – TARIC - lista, ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87).
    • L-oġġett ġie prodott jew assemblat fl-UE?
  • Karatteristiċi: Iġbor il-karatteristika/karatteristiċi tal-oġġett jew tal-oġġett kumpless li jistgħu jgħinu biex l-oġġett jew l-oġġett kumpless irrappurtat jintgħaraf minn oġġetti jew oġġetti kumplessi simili. Eż. Għoli; Tul; Wisa’; Dijametru; Densità; Piż; Volum; Kulur.
  • Iddefinixxi l-istruzzjonijiet dwar l-użu sikur meħtieġa għall-oġġetti bħala tali u f’oġġetti kumplessi. Istruzzjonijiet dwar iż-żarmar jistgħu jiġu inklużi wkoll.
  • Komponenti ta’ oġġetti kumplessi: Notifika ta’ oġġett kumpless tinkludi wkoll l-informazzjoni tal-komponenti li fihom SVHCs (fuq il-Lista ta’ Kandidati) f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0.1 % w/w u l-ispeċifikazzjoni tan-numru ta’ okkorrenzi tal-oġġett marbut fl-oġġett kumpless.
  • Iġbor l-informazzjoni tas-sustanza(i) tal-Lista ta’ Kandidati fl-oġġett:
    • l-identifikazzjoni tas-sustanza tal-Lista ta’ Kandidati;

    • l-identifikazzjoni tal-verżjoni tal-Lista ta’ Kandidati;

    • il-firxa tal-konċentrazzjoni tas-sustanza tal-Lista ta’ Kandidati fl-oġġetti; u

    • l-identifikazzjoni tal-kategorija materjali tal-oġġett jew tal-kategorija tat-taħlita fejn is-sustanza tal-Lista ta’ Kandidati hija preżenti. Is-sustanza tal-Lista ta’ Kandidati hija jew preżenti fil-materjal li minnu huwa magħmul l-oġġett jew f’taħlita inkorporata fl-oġġett taħt attività ta’ proċessar ulterjuri (eż. kisi minn barra).

  • Irrevedi l-lista dettaljata tar-rekwiżi ta’ informazzjoni kollha u l-format IUCLID tal-SCIP sabiex issib il-mod korrett biex tadatta d-data tiegħek.

 

5. Ipprepara s-sottomissjoni tiegħek

L-ECHA stabbiliet format IUCLID armonizzat għas-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-bażi ta’ data SCIP.

Jekk jogħġbok ara l-informazzjoni addizzjonali fuq il-paġna web tal-għodod tal-SCIP tagħna.

6. Issottometti n-notifika tiegħek

Categories Display