SCIP

SCIP

L-SCIP hija l-bażi ta’ data għall-informazzjoni dwar Sustanzi ta’ Tħassib F’oġġetti bħala tali jew f’oġġetti kumplessi (Prodotti) stabbilita skont id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (WFD).

Mill-5 ta’ Jannar 2021, il-kumpaniji li jfornu oġġetti li jkunu jinkludu sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs) fuq il-Lista ta’ Kandidati f’konċentrazzjoni ta’ aktar minn 0.1 % ta’ piż skont il-piż (w/w) fis-suq tal-UE jridu jissottomettu informazzjoni dwar dawn l-oġġett lill-ECHA. Il-bażi ta’ data SCIP tiżgura li l-informazzjoni dwar l-oġġetti li fihom sustanzi tal-Lista ta’ Kandidati tkun disponibbli matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti u tal-materjali, inkluż fl-istadju tal-iskart. Imbagħad, l-informazzjoni fil-bażi ta’ data titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-iskart u l-konsumaturi.