Kif tiġi deċiża l-kategorija tad-daqs ta' kumpanija

Ir-raba' pass

Il-pass li jmiss sabiex tiżgura l-valutazzjoni preċiża tal-kategorija tad-daqs tal-kumpanija huwa li tistabbilixxi d-dejta globali tal-intrapriża, inklużi l-intrapriżi relatati u msieħba tagħha, skont l-Artikolu 6 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Mal-għadd ta' impjegati, l-introjtu u t-total tal-karta tal-bilanċ tal-intrapriża inkwistjoni, għandek iżżid id-dejta rilevanti tal-intrapriżi relatati u/jew imsieħba kollha kif ġej:

  • Żid l-għadd ta' impjegati proporzjonali u d-dejta finanzjarja tal- intrapriżi msieħba fi proporzjon għall-interess perċentwali fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (skont liema minnhom ikun l-akbar) mal-għadd ta' impjegati u d-dejta finanzjarja tal-intrapriża tiegħek (jekk inti OR, imbagħad ma' dawk tal-intrapriża rrappreżentata, ovvjament). Jekk jogħġbok innota li jekk l-intrapriża msieħba li tkun tinsab immedjatament 'il fuq/'l isfel (direttament jew indirettament) tkun relatata ma' intrapriża oħra, għandha tiġi inkluża 100% tad-dejta tal-intrapriżi relatati fid-dejta tal-intrapriża msieħba.
  • Żid 100% tal-għadd ta' impjegati u d-dejta finanzjarja tal- intrapriżi relatati mal-għadd ta' impjegati u d-dejta finanzjarja tal-kumpanija inkwistjoni. Jekk l-intrapriża relatata jkollha xi intrapriżi msieħba li jkunu jinsabu immedjatament 'il fuq/'l isfel (direttament jew indirettament) jew tkun ukoll relatata f'katina ma' intrapriżi oħrajn (direttament jew indirettament), żid 100% tad-dejta tal-intrapriżi relatati kollha u l-perċentwal ugwali għas-sehem tal-intrapriża(i) imsieħba mad-dejta tal-intrapriża inkwistjoni.

Jekk il-kumpanija jew kwalunkwe waħda mill-intrapriżi relatati u msieħba tagħha jkunu qegħdin iħejju kontijiet konsolidati, jew huma inklużi permezz ta' konsolidazzjoni fil-kontijiet ta' intrapriżi oħrajn, iċ-ċifri mill-kontijiet konsolidati għandhom jintużaw meta tiġi stabbilita d-dejta tal-intrapriża inkwistjoni.

Eżempju ta' struttura ta' sjieda u kalkoli


Example of SME Ownership Structure


Formula għall-kalkoli ta' data finanzjarja u data dwar l-għadd ta' persunal tal-Intrapriża A:

A = 100% A + 100% C + 27% (D + F) + 25% (B + E) + 100% (H + I) + 25% J

* Ir-relazzjonijiet bejn l-imsieħba ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

Kompli għall-ħames pass