Eżamina l-informazzjoni disponibbli

Eżamina l-informazzjoni disponibbli

Ir-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u l-eżaminazzjoni tal-informazzjoni disponibbli dwar it-taħlitiet huma msemmija fl-Artikoli 6 sa 8 tas-CLP.

Ladarba tkun ġbart l-informazzjoni bażika u speċifika dwar il-konċentrazzjonijiet u l-perikli tal-komponenti tat-taħlita u t-taħlita nnifisha, tkun trid tikkunsidra jekk l-informazzjoni tkunx rilevanti, affidabbli u biżżejjed għall-klassifikazzjoni f'konformità mas-CLP. 

 

Iċċekkja l-pakkett tal-informazzjoni tiegħek
  1. Għal kull periklu, iċċekkja li jkollok informazzjoni jew dwar kull sustanza fit-taħlita jew dwar it-taħlita nnifisha. Innota li għall-maġġoranza tal-perikli fiżiċi, hija meħtieġa dejta tat-test fuq it-taħlita nnifisha.
  2. Id-dejta hija konsistenti jew hemm xi diskrepanzi ovvji? Pereżempju, l-iskeda b'dejta ta' sigurtà (SDS) li rċevejt jista' jkun ma tkunx kompluta, jew fornituri differenti jaf ikollhom dejta kontradittorja. F'każijiet bħal dawn, għandek tikkuntattja lill-fornituri tiegħek għal kjarifika.
  3. Erġa' ċċekkja jekk il-klassifikazzjoni tas-sustanzi mogħtija fl-SDS mogħtija mill-fornitur tiegħek tikkorrispondix ma' dik murija fl-Inventarju C&L dwar il-klassifikazzjoni armonizzata.  Għalkemm l-awtoklassifikazzjonijiet minn notifiki u r-reġistrazzjonijiet jistgħu ikunu differenti, jistgħu jintużaw bħala bidu biex teżamina l-klassifikazzjoni mingħand il-fornitur tiegħek. Jekk ikollok xi dubju, ikkuntattja lill-fornitur tiegħek.

 

Xi jkun "rilevanti, affidabbli u biżżejjed"?

Jekk ikollok informazzjoni speċifika bħal dejta tat-testijiet dwar it-taħlita nnifisha u/jew dwar is-sustanzi fit-taħlita, trid tikkunsidra xi tfisser "rilevanti, affidabbli u biżżejjed".

Biex tiddefinixxi b'suċċess il-klassifikazzjoni tal-perikli tat-taħlita tiegħek, l-informazzjoni li fuqha tibbaża d-deċiżjoni tiegħek trid tkun ta' kwalità għolja.

L-affidabbiltà tal-informazzjoni li jkollok hija importanti ħafna għar-riżultat tal-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni tiegħek. Informazzjoni li ma tkunx xjentifikament affidabbli, pereżempju minħabba li studju twettaq b'mod żbaljat jew intuża l-mudell żbaljat, tista' twassal għal klassifikazzjoni żbaljata.  Informazzjoni affidabbli biss għandha tintuża għall-klassifikazzjoni. Huwa  ta' għajnuna li l-ewwel tevalwa l-affidabbiltà tal-informazzjoni qabel ma tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tagħha.

Xi kultant, anke informazzjoni mhux miksuba minn metodi vvalidati xorta tista' tkun ta' valur u kkunsidrata b'piż ta' analiżi tal-evidenza, iżda l-valutazzjoni ta' din taf tkun teħtieġ ġudizzju espert.

Tista' taqra iktar dwar l-affidabbiltà, ir-rilevanza u l-adegwatezza fil-Kapitolu R.4 tal- Gwida dwar ir-rekwiżiti tal-informazzjoni u l-valutazzjoni tas-sigurtà tal-kimiċi.

Eżamina l-informazzjoni disponibbli