Klassifikazzjoni ta' taħlita
Klassifikazzjoni ta' taħlita
©Uwe Völkner / Fotoagentur FOX, Lindlar
Inti importatur jew formulatur tat-taħlitiet fl-UE/fiż-ŻEE?
Jekk iva, inti responsabbli għall-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tat-taħlita li tqiegħed fis-suq (jiġifieri taħlitiet li timporta fl-UE/fiż-ŻEE jew li tifformula għal iktar provvista) f'konformità mar-Regolament CLP. Jeħtieġ li tkun taf bil-perikli tat-taħlita importata jew ifformulata u jeħtieġ li tikkomunikahom fil-katina tal-provvista tiegħek.
Id-distributuri tat-taħlitiet għandhom ukoll obbligi skont ir-Regolament dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, eż. li jaċċertaw li t-tikketta u l-imballaġġ huma f'konformità mar-Regolament CLP.
Deskrizzjoni ulterjuri tar-rwoli u l-obbligi skont ir-Regolament CLP hija mogħtija fil-Kapitolu 2 tal-Gwida Introduttorja dwar ir-Regolament CLP.
Għajnuna biex tifhem il-kompitu tiegħek
Il-paġni li ġejjin joffru għajnuna lil dawk li għandhom bżonn jikklassifikaw it-taħlitiet biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament CLP. L-informazzjoni dwar it-tikkettar u l-imballaġġ tista' tinstab fil-Gwida dwar it-tikkettar u l-imballaġġ.
L-informazzjoni ppreżentata hija prinċipalment ibbażata fuq il-Gwida tal-ECHA dwar l-applikazzjoni tal-kriterji CLP u l-Gwida dwar it-tikkettar u l-imballaġġ, li għaliha ġew ipprovduti wkoll links. Aħna nagħtuk il-parir li taqra dawn il-paġni tal-internet flimkien mal-Parti 1, speċjalment il-Kapitolu 1.6, indirizzat b'mod speċjali għat-taħlitiet, tal-Gwida dwar l-applikazzjoni tal-kriterji CLP.
Barra minn hekk, huma pprovduti wkoll links għal sorsi utli oħra.
Qabel tibda l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni, nirrakkomandawlek li tikkunsidra b'attenzjoni jekk għandekx il-kompetenza meħtieġa interna biex tikklassifika t-taħlitiet tiegħek jew jekk għandekx bżonn għajnuna esterna, speċjalment meta t-taħlita tiegħek tkun kumplessa ħafna.
Fit-twettiq tal-obbligu tiegħek biex tikklassifika u tittikketta t-taħlita tiegħek u biex timla l-iskeda b'dejta ta' sigurtà (SDS), il-klassifikazzjoni kummerċjali, it-tikkettar u s-sistemi tas-softwer tas-SDS jistgħu jkunu partikolarment utli. Madankollu, jekk jogħġbok żomm f'moħħok li anke meta tuża softwer jew għarfien espert estern, inti tibqa' responsabbli għall-klassifikazzjoni finali tat-taħlita tiegħek.
- Introductory Guidance on the CLP Regulation [PDF] [EN]
- ECHA Guidance on the application of CLP criteria [PDF] [EN]
- Guidance on labelling and packaging [PDF] [EN]
EU Privacy Disclaimer
Dan is-sit web juża l-cookies biex jiżgura li jkollok l-aqwa esperjenza fuq is-siti web tagħna.