Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika

Il-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika (SEAC) jħejji l-fehmiet tal-ECHA relatati mal-impatt soċjoekonomiku ta’ azzjonijiet leġiżlattivi possibbli dwar il-kimiċi fil-proċessi li ġejjin ta' REACH. Id-deċiżjonijiet finali jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea.

 

Restrizzjoni 

Il-Kumitat jevalwa l-impatt soċjoekonomiku tar-restrizzjoni proposta fuq il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tas-sustanza. Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-kummenti u l-analiżi soċjoekonomika ppreżentati minn partijiet terzi.
 

Awtorizzazzjoni 

Is-SEAC jivvaluta l-fatturi soċjoekonomiċi u d-disponibbiltà, l-adegwatezza u l-fattibbiltà teknika tal-alternattivi assoċjati mal-użi ta' sustanza meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. Kontributi ta’ parti terza relatati mal-applikazzjoni sejrin jiġu vvalutati wkoll.
 

It-talbiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA

Is-SEAC joħroġ fehmiet, fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA, relatati ma' kwistjonijiet soċjoekonomiċi dwar kwalunkwe aspett ieħor li jikkonċerna s-sigurtà ta’ sustanzi waħidhom, fi preparazzjonijiet jew f’oġġetti.
Is-SEAC jipprovdi wkoll appoġġ xjentifiku biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi relatati mas-sigurtà tas-sustanzi, kif ukoll parteċipazzjoni attiva fl-għajnuna teknika u fl-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità dwar il-ġestjoni b’saħħitha tal-kimiċi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.
 

Kompożizzjoni

Il-membri tas-SEAC huma maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-ECHA abbażi ta' kandidati nnominati mill-Istati Membri għal terminu li jiġġedded ta' tliet snin.