Bord tat-Tmexxija
Il-Bord ta' Tmexxija huwa l-korp maniġerjali tal-Aġenzija. Għandu rwol ta' sorveljanza b'responsabbilità ġenerali minn kwistjonijiet baġitarji u ta' ppjanar: il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv, il-membri u l-President tal-Bord tal-Appell u r-rappurtar tal-attivatijiet tal-ECHA lill-Istituzzjonijiet Ewropej.
Il-Bord huwa magħmul minn:
- 27 membru mill-Istati Membri tal-UE
- Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni
- Żewġ rappreżentanti tal-Parlament Ewropew
- Tliet osservaturi minn partijiet interessati, maħturin mill-Kummissjoni
Barra l-membri, il-Bord ta' Tmexxija stieden osservatur wieħed mill-Iżlanda, ieħor mil-Liechtenstein u ieħor min-Norveġja.
Kompożizzjoni
Il-membri kollha tal-Bord ta' Tmexxija jinħatru abbażi tal-esperjenza u tal-kompetenza tagħhom fil-qasam tas-sigurtà kimika jew tar-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi. Dan il-mandat huwa ta' erba' snin u jista' jiġġedded darba.
Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri jinħatru mill-Kunsill. Il-membri mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew jinħatru b'mod dirett mill-istituzzjoni inkwistjoni. Barra t-tliet membri bil-jedd tal-vot, il-Kumissjoni taħtar ukoll tliet membri bla jedd tal-vot li jirrappreżentaw il-partijiet interessati.
Laqgħat
Id-dati tal-laqgħat għall-2020 huma dawn li ġejjin:
- 19-20 ta’ Marzu
- 17-18 ta’ Ġunju
- 24-25 ta’ Settembru
- 16-17 ta’ Diċembru
Id-dati tal-laqgħat ippjanati għall-2021 huma dawn li ġejjin:
- 25-26 ta’ Marzu
- 23-24 ta’ Ġunju
- 23-24 ta’ Settembru
- 15-16 ta’ Diċembru
Segretarjat
Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli biex jipprovdi s-Segretarjat għall-Bord ta’ Tmexxija. L-Unità tal-Governanza, l-Istrateġija u r-Relazzjonijiet tal-Aġenzija twettaq ix-xogħol prattiku.
Correspondence with ECHA's Management Board
Chair of the Management Board
mb-secretariat (at) echa.europa.eu
Categories Display
Route: .live1





