Kumitat tal-Istati Membri
Il-Kumitat tal-Istati Membri (MSC) jipparteċipa f'diversi proċessi ta' REACH bħall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni. L-MSC huwa responsabbli mir-riżoluzzjoni ta' diverġenzi ta' opinjonijiet fost l-Istati Membri u dwar proposti għall-identifikazzjoni ta' Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHCs). Il-Kumitat jipprovdi opinjonijiet dwar l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-ECHA għal-lista ta' awtorizzazzjoni (Anness XIV) u l-abbozz ta' Pjan ta’ Azzjoni Rikorrenti Komunitarju (CoRAP) għall-proċess tal-evalwazzjoni tas-sustanzi. Jekk ma jintlaħaqx qbil fi ħdan l-MSC, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-Kummissjoni Ewropea għat-teħid ta' deċiżjoni.
L-evalwazzjoni tad-dossier
Meta l-emendi huma proposti mill-Istati Membri, l-MSC jfittex li jintlaħaq qbil unanimu dwar l-abbozz tad-deċiżjonijiet dwar:
- Proposti ta’ ttestjar
- Kontrolli ta' konformità
L-evalwazzjoni tas-sustanzi
L-MSC jfittex li jintlaħaq qbil unanimu dwar abbozz ta' deċiżjonijiet tal-Istat Membru dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi meta jiġu proposti l-emendi dwarhom minn Stati Membri oħrajn jew mill-ECHA. L-MSC jqis il-kummenti tar-reġistranti dwar l-emendi proposti għall-abbozz tad-deċiżjonijiet abbażi tad-dossier u l-evalwazzjonijiet tas-sustanzi. Ladarba jintlaħaq qbil mill-MSC, l-ECHA tiffinalizza d-deċiżjoni u tipprovdiha lir-reġistrant.
L-MSC jipprovdi fehmiet dwar:
- Abbozz ta' Pjan ta’ Azzjoni Rikorrenti Komunitarju (CoRAP) mħejji mill-ECHA għal sustanzi li għandhom jiġu evalwati mill-Istati Membri fuq il-bażi li s-sustanzi jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.
- Proposti minn kwalunkwe Stat Membru sabiex iżid sustanzi fil-CoRAP lil hinn mill-aġġornamenti annwali.
Abbażi ta' dawn il-fehmiet tal-MSC, l-ECHA tadotta l-CoRAP finali għall-evalwazzjoni tas-sustanzi. L-MSC jfittex ukoll li jintlaħaq qbil dwar każijiet fejn żewġ Stati Membri jew aktar esprimew interess fl-evalwazzjoni tal-istess sustanza.
Awtorizzazzjoni
L-MSC għandu rwol essenzjali f'li:
- Jintlaħaq qbil dwar l-identifikazzjoni ta' Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHCs) għal-lista ta' kandidati ta' sustanzi għall-inklużjoni potenzjali fil-lista ta' awtorizzazzjoni (Anness XIV).
- Jipprovdi fehmiet dwar l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet tal-ECHA dwar sustanzi ta' prijorità għall-inklużjoni fil-lista tal-awtorizzazzjoni.
L-ECHA tqis il-fehma tal-MSC meta tiffinalizza r-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar sustanzi ta' prijorità għall-inklużjoni fil-lista tal-awtorizzazzjoni.
It-talbiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA
Fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA, l-MSC joħroġ fehmiet relatati mar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent dwar kwalunkwe aspett ieħor li jikkonċerna s-sigurtà ta’ sustanzi waħidhom, fi preparazzjonijiet jew f’oġġetti.
L-MSC jipprovdi wkoll appoġġ xjentifiku biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi relatati mas-sigurtà tas-sustanzi, kif ukoll parteċipazzjoni attiva fl-għajnuna teknika u fl-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità dwar il-ġestjoni b’saħħitha tal-kimiċi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Kompożizzjoni
Kull Stat Membru jaħtar membru wieħed għall-MSC għal terminu li jiġġedded ta’ tliet snin. Il-Kumitat jista' jaħtar sa' ħames membri addizzjonali magħżula għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom. Il-membri jistgħu jkunu akkumpanjati minn konsulenti.
Categories Display
The Chairman of the MSC is Watze de Wolf.
The Deputy Chair of the MSC is Charmaine Ajao.
Committee's activities
Committee
- List of MSC members with their CVs and Declarations of interest
- Rules of procedure of the MSC [PDF]
- General principles and guidance for ECHA's Committees members [PDF]
- Rules for accessing S-CIRCABC interest groups [PDF]
Stakeholders
- MSC General approach for admission of ASO observers [PDF]
- List of the agreed MSC ASO observers [PDF]
- Code of conduct for stakeholder observers at ECHA meetings [PDF]
- ASO Workshop: Cooperating with ECHA through the Committees [PDF]
Case owners
- Code of conduct for case owners of evaluation draft decisions as observers at meetings of the MSC [PDF]
Committee's processes
Dossier Evaluation
Substance evaluation
- MSC Working Procedure for processing of Substance Evaluation draft decisions [PDF]
- MSC Working procedures in providing opinion on draft CoRAP [PDF]
- MSC opinions on draft CoRAP
Substances of Very High Concern identification
- MSC Working procedures in SVHC identification [PDF]
- MSC agreements on SVHC proposals
- MSC Opinions
- MSC other agreements
Recommendations for inclusion in the Authorisation List
- MSC Working procedures in providing opinion on ECHA's Draft Recommendation [PDF]
- MSC opinions on draft Recommendations
ECHA's Executive Director's requests
Route: .live1




