Kompożizzjoni tal-Bord ta’ l-Appell

Membri tal-Bord ta' l-Appell huma maħtura mill-Bord ta' Tmexxija tal-ECHA abbażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni.

Il-kwalifiki tal-membri tal-Bord ta' l-Appell huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2007 tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar l-istipular ta' regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi.

Il-Bord tal-Appell jikkonsisti miċ-Chairman u żewġ membri oħra. Huma impjegati tal-ECHA iżda għandhom ikunu indipendenti u m' għandhomx ikunu marbuta bl-ebda istruzzjonijiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma ma jistgħux jagħmlu xogħolijiet oħra fl-Aġenzija. Il-mandat tagħhom huwa ta' ħames snin.

Barra minn dan, il-Bord ta' Tmexxija ħatar membri sostituti u addizzjonali. Dawn m' humiex impjegati tal-Aġenzija iżda jiġu msejħa mill-Bord ta' Tmexxija sabiex jaħdmu f'każijiet fl-assenza tal-membri jew, fejn meħtieġ, sabiex jiġi assigurat li l-appelli jistgħu jiġu pproċessati b'rata sodisfaċenti.

Il-Bord ta' l-Appell huwa mgħejjun fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu mir-Reġistru.

.