Kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba

Il-Kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba jinkludi l-prinċipji bażiċi li l-persunal tal-Aġenzija għandu jsegwi fir-relazzjonijiet tiegħu mal-pubbliku. Dawn il-prinċipji jinkludu: il-legalità, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni; il-proporzjonalità tal-miżuri mal-għan segwit, u l-konsistenza fl-imġiba amministrattiva.

Il-Kodiċi għandu l-għan li jiggarantixxi li l-Aġenzija tagħti lill-pubbliku servizz bi kwalità tajba u li l-pubbliku jinżamm infurmat bl-istandards ta' mġiba li għandu dritt jistenna waqt in-negozjar tiegħu mal-ECHA.

Il-Kodiċi ġie adottat mill-Bord Amministrattiv fl-2007 u jgħodd għall-persunal kollu.