Indipendenza

L-indipendenza u t-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet huma estremament importanti għall-Aġenzija. Ix-xogħol u d-deċiżjonijiet tal-ECHA huma kruċjali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent u jista' jkollhom ukoll impatt sinifikanti fuq kumpaniji individwali. Huwa essenzjali li, fit-teħid ta' dawk id-deċiżjonijiet, l-ECHA taġixxi b'trasparenza, b'indipendenza u tieħu deċiżjonijiet imparzjali u bbażati fuq ix-xjenza.

L-indipendenza hija assigurata billi jsiru dikjarazzjonijiet ta' interess trasparenti u billi jiġu meħuda miżuri biex jiżguraw li l-interessi ma jistax ikollhom impatt fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Aġenzija. Fir-realtà, dan jimplika l-ħolqien ta' bilanċ delikat bejn li wieħed ikollu membri tal-persunal bil-kapaċità u bl-esperjenza u, fl-istess ħin, li jiġu evitati b'mod strettt kunflitti ta' interess potenzjali. Skont il-politika tal-ECHA, jista' jirriżulta kunflitt ta' interess meta l-imparzjalità u l-oġġettività ta' deċiżjoni jiġu kompromessi (jew jistgħu jidhru li huma kompromessi) mill-interess ta' individwu li jaħdem fi jew mal-Aġenzija.

F'termini prattiċi għaldaqstant, kull min jaħdem fi jew għall-ECHA jagħmel dikjarazzjoni annwali ta' interessi (dawn jiġu wkoll aġġornati jekk is-sitwazzjoni tagħhom tinbidel). Kull min għandu interess dikjarat fi kwistjoni imbagħad ma jipparteċipax fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew fl-iffurmar tal-opinjonijiet fir-rigward ta' dik il-kwistjoni.

L-Aġenzija għandha wkoll Kumitat ta' Konsulenza għall-Kunflitti tal-Interess biex jappoġġa lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija f'li jiżgura l-indipendenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Politika tal-ECHA għall-Ġestjoni ta' Kunflitti ta' Interess potenzjali

 

Conflicts of Interest Advisory Committee

Image