Progress in evaluation in 2022

Progress fl-evalwazzjoni 2020 Duplicate 1 Duplicate 2

L-ECHA tirrapporta dwar il-progress li sar fl-2021 fl-evalwazzjoni tad-dossier u tas-sustanza f’konformità mal-Artikolu 54 ta’ REACH. 

Progress fil-valutazzjoni 2020 - tabs Duplicate 2 Duplicate 1

Progress fil-valutazzjoni tas-sustanzi 2022 - 1

Matul l-2022, sar progress fuq 71 sustanza.

L-Istati Membri responsabbli mill-valutazzjoni vvalutaw tmien sustanzi ġodda. Fost dawn, l-awtoritajiet qiesu li ħamsa kienu jirrikjedu aktar informazzjoni biex jiġi kkjarifikat it-tħassib, jiġifieri ntbagħat abbozz ta’ deċiżjoni li jitlob aktar informazzjoni lir-reġistranti, filwaqt li tlieta kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jiġi kkjarifikat it-tħassib, jiġifieri l-awtoritajiet issottomettew abbozz ta’ konklużjoni.

L-ECHA adottat 9 deċiżjonijiet ta’ valutazzjoni tas-sustanzi, bi 12-il talba għal aktar informazzjoni biex tiġi vvalutata s-sikurezza ta’ sustanzi ta’ tħassib potenzjali.

L-Istati Membri responsabbli mill-valutazzjoni kkompletaw il-valutazzjonijiet ta’ segwitu tagħhom għal 23 sustanza. Għal erba’ sustanzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mill-valutazzjoni talbet aktar informazzjoni minħabba li l-informazzjoni sottomessa ma kkjarifikatx it-tħassib oriġinali, jew qajmet aktar tħassib. Għad-19-il sustanza li kien jifdal, l-awtoritajiet sabu li l-informazzjoni disponibbli kienet suffiċjenti biex jiġi kkjarifikat it-tħassib u setgħu jikkonkludu jekk kienx hemm ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja ulterjuri.

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ġiet ikkompletata għal 31 sustanza, jiġifieri d-dokumenti ta’ konklużjoni mill-Istati Membri responsabbli mill-valutazzjoni ġew ippubblikati fuq is-sit web tagħna. Minn dawn il-31 każ konkluż, l-awtoritajiet irrakkomandaw aktar miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju għal 18-il sustanza, filwaqt li 13 diġà kellhom il-miżuri meħtieġa fis-seħħ (jew ma kellhomx bżonnhom).
 

Progress in substance evaluation 2022 - graph 4