Aktar dwar ir-responsabbiltajiet tal-utenti downstream

Aktar dwar ir-responsabbiltajiet tal-utenti downstream

Aktar dwar ir-responsabbiltajiet tal-utenti downstream

Użi mhux appoġġjati

rapport tal-utent downstream

(Artikolu 38(1) ta' REACH) L-utenti downstream iridu jirrapportaw l-użi mhux appoġġjati (barra l-kundizzjonijiet deskritti fix-xenarju ta' esponiment ipprovdut mill-fornitur) lill-ECHA fi żmien sitt xhur mill-irċevuta tal-iskeda ta' dejta ta' sigurtà għal sustanza rreġistrata jekk:

  • Jippreparaw rapport dwar is-sigurtà kimika ta' utent downstream (DU CSR) u l-użu partikolari huwa aktar minn tunnellata fis-sena. 
  • Huma eżentati milli jippreparaw DU CSR peress li jużaw inqas minn tunnellata fis-sena tas-sustanza jew it-taħlita bħala total.
  • Huma eżentati milli jippreparaw DU CSR peress li jużaw is-sustanza għal riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi (PPORD).

Ir-rapport jinkludi deskrizzjoni ġenerali fil-qosor tal-użu u l-kundizzjonijiet ta' użu tal-utent downstream. Għandu jinkludi wkoll proposta għal testijiet, jekk l-ittestjar fuq annimali vertebrati huwa kkunsidrat meħtieġ.

Differenzi fil-klassifikazzjoni

(Artikolu 38(4) ta' REACH) L-utenti downstream iridu jirrapportaw lill-ECHA jekk il-klassifikazzjoni tagħhom ta' sustanza hija differenti minn dik tal-fornituri kollha tagħhom. Ir-rapportar huwa meħtieġ fi żmien sitt xhur mill-irċevuta tal-iskeda ta' dejta ta' sigurtà għal sustanza rreġistrata.

Ir-rapportar lill-ECHA mhuwiex meħtieġ jekk l-utent downstream juża s-sustanza jew it-taħlita fi kwantità totali ta' inqas minn tunnellata fis-sena, kif deskritt fl-Artikolu 38(5).

Użi awtorizzati

(Artikolu 66 ta' REACH) L-utenti downstream li jużaw sustanza inkluża fil-Lista ta' Awtorizzazzjoni, għal liema tkun ingħatat awtorizzazzjoni li tkopri l-użu tagħhom, għandhom jinnotifikaw lill-ECHA dwar l-użu tagħhom fi żmien tliet xhur mill-ewwel provvista tas-sustanza.