Dwar l-utenti downstream
Dwar l-utenti downstream
Utenti downstream huma utenti ta' sustanzi kimiċi skont REACH u CLP. Dawn huma kumpaniji jew individwi:
- fi ħdan l-Unjoni Ewropea/iż-Żona Ekonomika Ewropea,
- li jużaw sustanza, waħedha jew f'taħlita,
- waqt l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħhom.
Eżempji jinkludu:
- Formulaturi: jipproduċu taħlitiet, li huma ġeneralment forniti aktar 'l isfel. Pereżempju, żebgħa, adeżivi u aġenti tat-tindif.
- Utenti aħħarin: jużaw sustanzi jew taħlitiet iżda ma jfornuhomx aktar 'l isfel. Eżempji jinkludu utenti ta' adeżivi, kisi u linka, lubrikanti, aġenti tat-tindif, solventi u riaġenti kimiċi bħal prodotti li jbajdu. Dan jinkludi produtturi ta' oġġetti.
- Produtturi ta' oġġetti: jinkorporaw sustanzi jew taħlitiet fi jew fuq materjali biex jiffurmaw oġġett. Eżempji jinkludu tessili, tagħmir industrijali, apparat domestiku u vetturi (kemm komponenti kif ukoll oġġetti lesti).
- Re-fillers: jittrasferixxu sustanzi jew taħlitiet minn kontenitur għal ieħor, ġeneralment fil-proċess ta' imballaġġ mill-ġdid jew l-għoti ta' isem kummerċjali ġdid.
- Importaturi mill-ġdid: jimpurtaw sustanza, waħedha jew f'taħlita, li oriġinarjament tkun ġiet prodotta fl-UE, u rreġistrata minn xi ħadd fl-istess katina tal-provvista.
- Importatur b'"rappreżentant biss": importaturi huma utenti downstream meta l-fornitur mhux tal-Komunità tagħhom ikun innomina "rappreżentant biss" bl-iskop li jaġixxi bħala reġistrant stabbilit fil-Komunità.
Id-distributuri li jaħżnu jew jiddistribixxu biss is-sustanza kimika mhumiex utenti downstream iżda għandhom obbligi b'rabta mal-fluss ta' informazzjoni fi ħdan il-katina tal-provvista. Jekk, pereżempju, jiġu f'kuntatt mas-sustanza kimika billi jittrasferixxuha jew iħalltuha, dawn ikunu utenti downstream. Il-konsumaturi li jużaw sustanzi kimiċi mhumiex utenti downstream.
Terminoloġija relatata mal-utenti downstream
Route: .live2

