X'noffru

X'noffru

Nested Applications

X'noffru

Meta tissieħeb mal-ECHA, int se taħdem ma' grupp ewlieni ta' esperti ddedikat għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni pijuniera tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għall-benefiċċju tas-saħħa umana u l-ambjent kif ukoll għall-innovazzjoni u l-kompetittività.

Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u kuntrattwali tagħna huma bbażati fuq ir-Regolament tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Dawn joffru pakkett ta' rimunerazzjoni kompetittiva b'sistema ta' allowances u benefiċċji.

  • Assigurazzjoni tas-saħħa u kontra l-aċċidenti
  • Skema għall-pensjoni u l-qgħad
  • Allowance tal-familja
  • Allowance għal ulied dipendenti
  • Allowance ta' qabel l-iskola
  • Rimborż tal-miżati tal-iskejjel
  • Espatrijazzjoni jew allowance għal residenza barranija

Salarji

Is-salarji għall-persunal jiddependu fuq il-kategorija u l-grad ta' kull post. Is-salarji bażiċi kull xahar huma murija fit-tabelli li ġejjin.

Temporary Agents

 

Category Grade Basic salary in EUR
Step 1
Basic salary in EUR
Step 2
AD 12 13 464.92 14 030.73
AD / AST 11 11 900.73  12 400.81 
10 10 518.29 10 960.26 
9 9 296.39  9 687.04 
8 8 216.45  8 561.72 
7 7 261.98  7 567.14 
6 6 418.36  6 688.09 
5 5 672.78  5 911.15 
AST 4 5 013.79  5 224.46 
3 4 431.32  4 617.56 
2 3 916.56  4 081.14 
1 3 461.58  3 607.04 

Contract agents

 

Function Group Grade of recruitment Basic salary in EUR Years of experience
required for the grade
IV 16 5 941.96  17 years or more
14 4 641.55  between 5 years and 17 years
13 4 102.30  less than 5 years
III 10 4 102.29  15 years or more
9 3 625.74  between 5 years and 15 years
8 3 204.55  less than 5 years
II 5 2 832.07  5 years or more
4 2 503.00  less than 5 years
I 1 2 409.87  no experience needed

Is-salarju bażiku jkun soġġett għal diversi allowances kif ukoll taxxi, sigurtà soċjali u tnaqqis ieħor stabbilit fir-regolamenti tal-persunal. Is-salarju bażiku huwa eżentat mit-taxxa nazzjonali.

Sabiex jirrifletti l-għoli tal-ħajja ogħla f'Ħelsinki meta mqabbel ma' Brussell, is-salarju bażiku huwa peżat bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent ibbażat fuq l-għoli tal-ħajja f'Ħelsinki. Is-salarji bażiċi indikati fit-tabelli hawn fuq huma l-ammonti qabel l-aġġustament.