Kriterji ta' eliġibbiltà

L-applikant għandu:

  • Ikun ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ċittadin taż-Żona Ekonomika Ewropea (in-Norveġja, l-Islanda, il- Liechtenstein)
  • Ikun kapaċi jikkomunika bl-Ingliż għax din hija l-lingwa tax-xogħol tal-ECHA
  • Ikollu għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa uffiċjali oħra tal-UE
  • Jipproduċi r-referenzi tal-karattru xierqa għar-rwol
  • Igawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin
  • Ikun issodisfa kwalunkwe dmir mil-liġijiet fir-rigward tas-servizz militari
  • Ikun fiżikament b'saħħtu sabiex iwettaq dmirijietu

Kwalifiki professjonali

L-applikanti jeħtieġ li jkollhom il-livell ta' edukazzjoni meħtieġ u l-esperjenza professjonali meħtieġa kif definit fin-notifika tal-post battal.

Il-kwalifiki maħruġa biss, jew rikonoxxuti bħala ekwivalenti, minn awtoritajiet fl-Istati Membri tal-UE jew awtoritajiet tal-EEA sejrin jiġu aċċettati.

L-esperjenza professjonali se tingħadd mid-data li fiha l-applikant ikun kiseb il-kwalifika minima għal aċċess għall-profil inkwistjoni.