Progress in evaluation in 2019

L-ECHA qed tirrapporta dwar il-progress li sar fl-2019 fl-evalwazzjoni tad-dossier u tas-sustanza f’konformità mal-Artikolu 54 ta’ REACH.

Matul l-2019, sar progress fuq 97 sustanza. L-evalwazzjoni tlestiet għal 21  sustanza li rriżultat fi 12-il abbozz ta’ deċiżjoni u disa’ konklużjonijiet. Tmien abozzi ta’ deċiżjonijiet oħra ntbagħtu b’riżultat ta’ evalwazzjoni ta’ segwitu u ġew konklużi 13-il evalwazzjoni tas-sustanza, mis-snin preċedenti ta’ evalwazzjoni.

Mit-22 konklużjoni tal-evalwazzjoni tas-sustanza ppubblikati fl-2019, 12 ikkonkludew li bħalissa mhumiex meħtieġa aktar miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju, u 10 kkonkludew li huma meħtieġa aktar miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju.

Fl-2019, l-ECHA nediet diversi proġetti li janalizzaw bosta gruppi ta’ sustanzi, dwar jekk il-kontrolli tal-konformità u l-evalwazzjonijiet tas-sustanza jistgħux isiru b’mod parallel. Il-progress wera li tali approċċ huwa siewi: iħaffef il-ġbir ta’ data u jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet malajr dwar l-aktar modi xierqa għall-immaniġġjar tar-riskji kimiċi. L-approċċ ikkombinat se jkompli fl-2020.

Għall-ewwel grupp ta’ ħames sustanzi li fihom l-antimonju, l-ECHA ħarġet disa’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet (ħamsa taħt kontroll tal-konformità u erbgħa taħt evalwazzjoni tas-sustanza) fl-2019.

Graphs_2019Draft decisions issuedCompleted follow-up evaluationsFinal decisions sent to registrantsConclusion documents publishedEvaluations completed221519202197 substance evaluations progressedSubstance evaluation outcomes in 2019