Site Map
Min għandu jissottometti u x'jista' jiġi sottomess f'notifika?
Għandek tinnotifika sustanza lill-Inventarju ta' Klassifikazzjoni u Ttikkettar (C&L) fi żmien xahar minn meta titqiegħed fis-suq u inti:
- Qed timmanifattura s-sustanza u hija soġġetta għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament REACH; jew
- Timporta s-sustanza u hija soġġetta għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament REACH; jew
- Timmanifattura jew timporta s-sustanza u hija kklassifikata bħala perikoluża, irrispettivament mill-kwantità; jew
- Timporta taħlita li fiha s-sustanza li hija kklassifikata bħala perikoluża u hija preżenti 'l fuq mil-livelli ta' konċentrazzjoni relevanti, u dan jirriżulta fil-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala perikoluża skont ir-Regolament CLP; jew
- Timporta oġġett li fih sustanzi li huma soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament REACH.
Bħala l-ewwel pass, għandek taqra Gwida Prattika 7: Kif tinnotifika Sustanza lill-Inventarju ta' Klassifikazzjoni u Ttikkettjar (ara taħt) li jgħinek tidentifika jekk intix obbligat/a tinnotifika s-sustanza tiegħek lill-Inventarju tas-C&L. Il-gwida tiprovdilek ukoll introduzzjoni dwar kif tagħmel in-notifika fil-prattika. Tista' wkoll taqra aktar dwar il-ħtiġijiet ta' informazzjoni u l-għodod għan-notifika billi ssegwi l-links ta' hawn taħt jew fis-sidebar.
Kull notifika għandha tinkludi:
- L-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' min qed jagħmel in-notifika;
- L-identità tas-sustanza, inklużi l-isem u identifikaturi oħrajn, informazzjoni relatata mal-formola strutturali u molekulari, il-kompożizzjoni, natura u ammont ta' addittivi;
- Il-klassifikazzjoni tas-sustanza skont il-kriterji tal-CLP;
- Ir-raġuni għal "nuqqas ta' klassifikazzjoni" f'każ li s-sustanza tkun ikklassifikata f'xi klassifikazzjonijiet jew differenzazzjonijiet ta' periklu iżda mhux f'kollha li jindika jekk dan huwiex dovut għal
- nuqqas ta' dejta,
- dejta mhux konklussiva, jew
- dejta li kienet konklussiva għal nuqqas ta' klassifikazzjoni;
- Limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi jew fatturi-M, fejn relevanti, inkluża ġustifikazzjoni għall-istabbiliment tagħhom; u
- Elementi tat-tikketta, inklużi piktogrammi ta' periklu, kliem ta' twissija, stqarrijiet ta' periklu u stqarrijiet supplimentari dwar periklu.
Kumpaniji jistgħu, taħt ċerti kondizzjonijiet, iżommu l-isem IUPAC ta' sustanza bħala kunfidenzjali meta jinnotifikawha lill-Inventarju C&L. L-isem IUPAC jista' jiġi kkunsidrat bħala kunfidenzjali u għaldaqstant ma jiġix ippubblikat fl-inventarju C&L fil-każijiet li ġejjin:
- sustanzi mhux ta' introduzzjoni gradwali;
- sustanzi wżati biss bħala wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:
- bħala sustanzi intermedji;
- f'riċerka u żvilupp xjentifiku; jew
- f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi.
Biex l-isem IUPAC jinżamm kunfidenzjali, il-kumpaniji jeħtieġ li jipprovdu fil-faxxiklu IUCLID tagħhom:
- Ġustifikazzjoni li tkun tinkludi indikazzjoni ċara ta' jekk is-sustanza kkonċernata hijiex sustanza mhux ta' introduzzjoni gradwali, sustanza wżata bħala sustanza kimika intermedja, f'riċerka u żvilupp xjentifiku jew f'riċerka u żvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi.
- Isem alternattiv għal diffużjoni mill-ECHA.
IUCLID 5 biss jista' jintuża biex isiru dawn il-bnadar ta' kunfidenzjalità. Kif isir dan huwa spjegat fil-Manwal dwar il-Preżentazzjoni tad-Dejta il-Parti 12.
Ma hemm ebda ħlas għall-bnadar ta' kunfidenzjalità fin-notifikazzjoni C&L.
Isem alternattiv ipprovdut f'notifikazzjoni C&L għal diffużjoni ma jistax jintuża awtomatikament għal skopijiet oħrajn. Hija meħtieġa talba xierqa sabiex jintuża isem alternattiv għal sustanza f'taħlita fi Skeda ta' Dejta ta' Sigurtà jew fuq tikketta.
Categories Display
See also under
the Support section
Route: .live2




