Proposti għal POPs ġodda

Biex sustanza ġdida tiġi inkluża skont ir-Regolament dwar il-POPs, jeħtieġ li tiġi elenkata taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jew il-Protokoll dwar il-POPs.

Min jista’ jipproponi POPs ġodda?

Kwalunkwe parti għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, inkluża l-UE, tista’ tissottometti proposta biex iżżid pollutant organiku persistenti ġdid fl-annessi għall-Konvenzjoni. L-Istati Membri tal-UE jistgħu jagħmlu dan billi jissottomettu l-proposti tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea. Il-proposti tagħhom għandhom jippermettu li l-karatteristiċi tas-sustanza jiġu vvalutati skont il-kriterji ta’ skrinjar elenkati fl-Anness D għall-Konvenzjoni.

Valutazzjoni ta’ proposti ġodda

Il-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-POP (POPRC), korp ta’ esperti skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, jevalwa l-proposti sottomessi. Jekk jikkonkludi li jintlaħqu l-kriterji ta’ skrinjar, dan iniedi ġbir globali ta’ informazzjoni dwar perikli, riskji, użu u esponimenti ulterjuri. Il-POPRC juża din l-informazzjoni biex jikkompila profil tar-riskju kif definit fl-Anness E għall-Konvenzjoni.

Abbażi tal-profil tar-riskju, il-POPRC jiddeċiedi jekk hijiex iġġustifikata azzjoni globali fir-rigward tas-sustanza. Jekk jiddeċiedi li jipproċedi bil-proposta, il-POPRC iniedi sejħa globali għal informazzjoni relatata ma’ soluzzjonijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskji potenzjali, alternattivi, kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi u miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskji eżistenti. Din l-informazzjoni tintuża mill-POPRC biex iħejji l-evalwazzjoni ta’ mmaniġġjar tar-riskji kif definit fl-Anness F għall-Konvenzjoni.

Fil-pass finali, il-POPRC jivvaluta l-informazzjoni u jagħmel rakkomandazzjoni lill-Konferenza tal-Partijiet dwar l-elenkar tas-sustanza skont il-Konvenzjoni.

Emendi għall-annessi

Kwalunkwe emenda proposta għall-Konvenzjoni għandha tiġi adottata b’kunsens tal-partijiet kollha. Bħala l-aħħar soluzzjoni, jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-maġġoranza ta’ tliet kwarti tista’ tadotta l-emendi.

Emendi għall-Protokoll għall-inklużjoni ta’ sustanzi ġodda fl-annessi għandhom jiġu adottati b’kunsens tal-partijiet.

L-ECHA tappoġġja lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ POPs ġodda u twettaq konsultazzjonijiet matul il-proċess ta’ identifikazzjoni.

POPs_for_website_newPASS NRU 1:Abbozzar u sottomissjoni tal-propostaPASS NRU 2Valutazzjonital-propostaPASS NRU 3Żvilupp tal-Profil tar-RiskjuPASS NRU 4Adozzjoni tal-Profil tar-RiskjuPASS NRU 5Żvilupp tal-Evalwazzjoni ta’ Mmaniġġjar tar-RiskjiPASS NRU 7Rakkomandazzjoni għall-elenkar tas-sustanza għall-KonvenzjoniPASS NRU 9Emenda tal-Anness I, II, IIIu/jew IV tar-Regolament dwar il-POPs għall-KonvenzjoniPASS NRU 8Deċiżjoni dwar l-elenkar tas-sustanza għall-Anness A, B u/jew C tal-KonvenzjoniPASS NRU 6Adozzjoni tal-Evalwazzjoni ta’ Mmaniġġjar tar-RiskjiParti għall-Konvenzjoni ta’ Stokkolma (inkluż l-UE)Kumitat ta’ Reviżjoni tal-POPs (POPRC)Grupp ta’ ħidma POPRC għas-sustanzaKonferenza tal-Partijiet (COP)Kummissjoni EwropeaSena*Sena*~Sena u nofs***8 Xhur/ Sena u 8 mesi*** Il-profil tar-riskju u l-evalwazzjoni ta’ mmaniġġjar tar-riskji jiġu mħejjija waqt il-perjodu intersessjonali bejn il-laqgħat tal-POPRC, li jsiru darba fis-sena (Settembru/Ottubru). Il-POPRC jista’ jadotta deċiżjoni dwar l-abbozz tal-profil tar-riskju u l-abbozz tal-evalwazzjoni ta’ mmaniġġjar tar-riskji waqt l-ewwel laqgħa, iżda f’xi każijiet, il-POPRC jista’ jiddeċiedi li jiddifferixxi d-deċiżjoni għal-laqgħa tas-sena ta’ wara, li jtawwal il-proċess ta’ adozzjoni.** Il-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet (COP) issir darba kull sentejn f’April/Mejju.*** L-emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni jidħlu fis-seħħ sena wara d-data tal-komunikazzjoni tal-adozzjoni tagħhom mid-depożitorju.In-notifiki tad-depożitorju (CNs) normalment jinħarġu madwar 6 xhur wara li l-emendi jkunu ġew adottati mis-COP.