ECHA's activites under Batteries Regulation

Fehim tal-batteriji Duplicate 1

L-ECHA se tappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’

  1. Assistenza fit-tħejjija tar-rapport dwar sustanzi ta’ tħassib li jinsabu f’batteriji jew użati fil-manifattura tagħhom (l-Artikolu 6.5);
  2. It-tħejjija, jekk mitluba mill-Kummissjoni, ta’ proposta ta’ restrizzjoni fuq sustanzi użati fil-manifattura ta’ batteriji jew li huma preżenti f’batteriji meta dawn jitqiegħdu fis-suq (l-Artikolu 86). Dan jista’ jseħħ jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sustanza użata għall-manifattura tal-batteriji, li hija preżenti fil-batteriji fis-suq jew matul l-istadji tar-riċiklaġġ u tal-iskart toħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li mhuwiex ikkontrollat b’mod adegwat fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);
  3. L-għoti ta’ opinjoni dwar l-effettività tal-proposta ta’ restrizzjoni għall-kontroll tar-riskju (permezz tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji, RAC) u l-impatt soċjoekonomiku (permezz tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika, SEAC) (l-Artikolu 87).

Ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-iżvilupp ta’ proposta ta’ restrizzjoni u sussegwentement għall-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet skont ir-Regolament dwar il-Batteriji huma allinjati ma’ dawk skont ir-Regolament REACH. Dawn jinkludu valutazzjonijiet mill-kumitati tal-ECHA, konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, il-pubblikazzjoni tad-dokumenti rilevanti kollha matul il-passi differenti tal-proċess fuq is-sit web tal-ECHA, u l-adozzjoni tar-restrizzjoni mill-Kummissjoni.