Dwarna

Aħna, flimkien mas-sħab tagħna, naħdmu għall-użu sigur tas-sustanzi kimiċi.

Aħna l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, aġenzija tal-UE. Aħna nimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi biex nipproteġu saħħtek u l-ambjent. Xogħolna jikkontribwixxi wkoll għal suq intern li jiffunzjona tajjeb, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-sustanzi kimiċi.

Is-sustanzi kimiċi jagħmlu l-ħajja moderna possibbli — kollox hu magħmul minnhom. Għarfien u regolamentazzjoni aħjar ta’ sustanzi kimiċi li jagħmlu l-ħsara jipproteġu lill-ħaddiema, lill-konsumaturi u lill-ambjent, jagħmlu r-riċiklaġġ aktar faċli, u jinkoraġġixxu lill-industrija biex tiżviluppa alternattivi aktar siguri.

EU Privacy Disclaimer

Dan is-sit web juża l-cookies biex jiżgura li jkollok l-aqwa esperjenza fuq is-siti web tagħna.