Nifhmu d-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb

Id-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb (DWD) għandha l-għan li tipproteġi liċ-ċittadini u lill-ambjent mill-effetti dannużi tal-ilma tax-xorb ikkontaminat u li ttejjeb l-aċċess għall-ilma tax-xorb. Din daħlet fis-seħħ fit-12 ta’ Jannar 2021 wara rieżami tad-Direttiva oriġinali dwar l-Ilma tax-Xorb tal-1998.

Id-Direttiva tintroduċi rekwiżiti minimi għal materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fl-UE kollha. Din l-armonizzazzjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell uniformi ta’ protezzjoni tas-saħħa għaċ-ċittadini kollha tal-UE u ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern.

L-Artikolu 11 tad-direttiva riveduta jistabbilixxi l-qafas għar-rekwiżiti minimi tal-iġjene għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb. L-ECHA se tappoġġa lill-Kummissjoni Ewropea f’din il-ħidma billi tħejji:

  • Listi pożittivi Ewropej ta’ sustanzi tal-bidu, kompożizzjonijiet u kostitwenti li huma awtorizzati għall-użu fil-manifattura ta’ materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb.
  • Metodoloġiji tal-valutazzjoni tar-riskju u rekwiżiti ta’ informazzjoni għar-rieżami ta’ sustanzi tal-bidu, kompożizzjonijiet u kostitwenti li jistgħu jiżdiedu mal-listi pożittivi.
  • Proċeduri amministrattivi għall-aġġornament tal-listi pożittivi.

Wara li jiġu ppubblikati l-listi pożittivi, l-ECHA se tkompli żżomm il-listi aġġornati, billi żżid entrati ġodda u temenda jew tneħħi l-entrati eżistenti.

Skeda ta’ żmien

DWD_timeline3 (2)Revised Drinking Water Directive entered into force.12.01.2021Deadline for Member States to notify/inform ECHA about national positive lists, other provisions and available assessment documents.12.07.2021Information requirements, risk assessment methods and the administrative procedure to update the European positive list adopted.12.01.2024The first European positive lists adopted.15-year review programme for first European positive lists starts.Regular maintenance of the European positive lists starts.12.01.2025Commission to review the implementation of the revised Drinking Water Directive.12.01.2032