Proċess ta’ restrizzjonijiet

Skrollja 'l isfel

PARIR MILL-FORUM

Il-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar (Forum) jista’ jipprovdi pariri lir-RAC u lis-SEAC dwar l-infurzabbiltà tar-restrizzjoni proposta.

Sir af aktar

L-ECHA tipprovdi lill-Forum bl-appoġġ xjentifiku, tekniku u regolatorju tul il-proċess kollu.

OPINJONI TAL-RAC

9 xhur

  • RACKumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji

Fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar ir-restrizzjonijiet konformi, ir-RAC iħejji u jadotta opinjoni bbażata fuq id-dossier ta’ restrizzjonijiet, il-pariri tal-Forum, u l-kummenti li jkunu waslu matul il-konsultazzjoni pubblika.

L-opinjoni tqis jekk ir-restrizzjoni ssuġġerita tkunx xierqa sabiex jitnaqqsu r-riskji ppreżentati għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

Sir af aktar

OPINJONI TAS-SEAC

xhur

Fi żmien disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar ir-restrizzjonijiet konformi, is-SEAC iħejji u jaqbel dwar abbozz ta’ opinjoni bbażat fuq id-dossier ta’ restrizzjonijiet, valutazzjoni tal-impatti soċjoekonomiċi, il-pariri tal-Forum u l-kummenti u l-informazzjoni soċjoekonomika li jkunu waslu matul il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rapport.

Sir af aktar

9 xhur

  • SEACKumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika

12-il xahar

Filwaqt li jqis il-kummenti dwar l-abbozz tal-opinjoni tiegħu, is-SEAC iħejji u jadotta l-opinjoni finali tiegħu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar ir-restrizzjonijiet konformi.

Sir af aktar

12-il xahar

3 xhur

Jekk l-opinjoni tar-RAC tkun konsiderevolament differenti mill-proposta oriġinali, l-ECHA tista’ tiddeċiedi li tipposponi l-adozzjoni tal-opinjoni tas-SEAC bi tliet xhur.

L-ECHA tibgħat l-opinjonijiet ikkumpilati tar-RAC u tas-SEAC flimkien ma’ dokumenti rilevanti ta’ sfond lill-Kummissjoni Ewropea. Dawn ukoll jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-ECHA.

Sir af aktar