Proċess ta’ restrizzjonijiet

Skrollja 'l isfel

IL-BIDU TAL-PROĊESS TA’ RESTRIZZJONIJIET

Il-proċess ta’ restrizzjonijiet jista’ jingħata bidu permezz ta’ wieħed minn dawn il-ħames modi li ġejjin:

  • Stat Membru jibda jħejji dossier ta’ restrizzjonijiet.
  • Il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-ECHA sabiex tħejji dossier ta’ restrizzjonijiet.
  • L-ECHA tħejji dossier ta’ restrizzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess, għal sustanza fil-Lista ta’ Awtorizzazzjoni li fl-opinjoni tagħha ma tkunx ikkontrollata kif xieraq meta tintuża f’oġġetti. Sir af aktar
  • Jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti skont REACH, teżisti klawżola ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Istati Membri jieħdu miżuri provviżorji sabiex iħarsu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Jekk il-Kummissjoni tawtorizza dawn il-miżuri, l-Istat Membri jipprepara dossier ta’ restrizzjonijiet.Sir af aktar
  • Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi restrizzjoni għal sustanza karċinoġenika, mutaġenika tossika għar-riproduzzjoni (CMR), waħedha, f’taħlitiet jew f’oġġetti, mingħajr ma tinvolvi lill-ECHA.Sir af aktar

NOTIFIKA DWAR L-INTENZJONI LI TIĠI SOTTOMESSA PROPOSTA TA’ RESTRIZZJONI

Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea jew l-ECHA jista’ jkollhom tħassib li ċerta sustanza tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, isir xogħol ta’ tħejjija sabiex tiġi investigata l-problema.

Sir af aktar L-attivitajiet tal-ECHA dwar ir-restrizzjonijiet

Jekk l-Istat Membru, il-Kummissjoni jew l-ECHA jikkonkludu li restrizzjoni tidher li hija l-aħjar triq ’il quddiem, għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jħejju dossier ta’ restrizzjonijiet 12-il xahar qabel ma jiġi sottomess id-dossier.

Jekk tintuża l-klawżola ta’ salvagwardja, l-Istati Membri għandhom jissottomettu d-dossier ta’ restrizzjonijiet fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

L-ECHA tistabbilixxi skeda ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ proposti ta’ restrizzjonijiet sabiex tistabbilixxi pjan effettiv għall-ħidma tal-Kumitati tagħha. L-ECHA tikkuntattja lin-notifikatur bl-informazzjoni dwar l-appoġġ li jista’ jingħata.

Sir af aktar

REĠISTRU TAL-INTENZJONIJIET

L-ECHA żżomm Reġistru tal-Intenzjonijiet (RoI) pubbliku, li jindika meta dossier ta’ restrizzjonijiet ġdid ikun maħsub li jiġi sottomess lill-ECHA għal sustanza partikolari. Sir af aktar

Dan jippermetti lill-partijiet interessati - ċittadini, organizzazzjonijiet, kumpaniji u awtoritajiet - jippjanaw u jikkontribwixxu għall-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-proċess ta’ restrizzjonijiet.

L-għodda ta’ koordinazzjoni tal-attivitajiet pubbliċi (PACT) tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet speċifiċi għas-sustanzi partikolari tal-awtoritajiet skont REACH u CLP.

Sir af aktar

TĦEJJIJA TAD-DOSSIER TA’ RESTRIZZJONIJIET

Id-dossier ta’ restrizzjonijiet għandu jinkludi informazzjoni dwar perikli u riskji, informazzjoni disponibbli dwar alternattivi u ġustifikazzjoni għar-restrizzjonijiet fil-livell tal-UE kollha.

Id-dossier irid juri li restrizzjoni hija l-aktar strument xieraq għall-immaniġġjar tar-riskju biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati. Id-dossier ta’ restrizzjonijiet jista’ jinkludi wkoll analiżi tal-impatti soċjoekonomiċi.

L-ECHA u Stati Membri oħrajn jistgħu jipprovdu appoġġ lill-Istat Membru li jissottometti dossier waqt li jkun qed jitħejja d-dossier ta’ restrizzjonijiet. L-ECHA tista’ wkoll tniedi sejħa għal kummenti u evidenza, jew tippubliċiżża waħda f’isem l-Istat Membru.

Sir af aktar Sejħa għall-kummenti u evidenza

Sottomissjoni u verifika tal-konformità

L-Istati Membri u l-ECHA jistgħu jissottomettu d-dossiers ta’ restrizzjonijiet tagħhom permezz tal-istess formola elettronika użata biex tiġi nnotifikata l-intenzjoni. Ir-rapport dwar ir-restrizzjonijiet mhux kunfidenzjali jiġi ppubblikat hekk kif l-ECHA tirċevih, sabiex il-partijiet interessati jkollhom aktar ħin sabiex iħejju ruħhom għal konsultazzjoni.

Fi żmien 30 jum mis-sottomissjoni, il-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji (RAC) tal-ECHA u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika (SEAC) jivverifikaw jekk id-dossier ta’ restrizzjonijiet sottomess jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ REACH. Jekk dan ikun konformi, titnieda konsultazzjoni pubblika fuq ir-rapport dwar ir-restrizzjoni.

L-ECHA tipprovdi lill-Kumitati l-appoġġ xjentifiku, tekniku u regolatorju tul il-proċess kollu.