Evaluation process

Evaluation process

Skrollja 'l isfel

Evalwazzjoni tad-dossier

REACH jirrikjedi li l-kumpaniji tal-UE li jimmanifatturaw u jimpurtaw sustanzi kimiċi jivvalutaw is-sustanzi kimiċi tagħhom u li jipproponu miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju. Din il-valutazzjoni trid tiġi ddokumentata f’dossier ta’ reġistrazzjoni li l-kumpaniji jridu jħejju u jissottomettu lill-ECHA. Trid tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-proprjetajiet u l-użi għas-sustanzi kimiċi kollha mmanifatturati jew importati fi kwantitajiet ta’ tunnellata jew aktar fis-sena.

Sir af aktar

L-evalwazzjoni tad-dossier tkopri żewġ proċessi:

Sir af aktar

Kontroll tal-konformità

Kontrolli tal-konformità jivverifikaw li l-informazzjoni sottomessa tissodisfa r-rekwiżiti legali taħt REACH. Ir-rekwiżiti jiddependu fuq il-kwantità tas-sustanza li tiġi mmanifatturata jew importata.

Sir af aktar

Eżiti possibbli tal-kontroll tal-konformità


Inti tista’ tiċċekkja l-istatus tal-evalwazzjoni ta’ dossier u tara d-deċiżjonijiet adottati fuq is-sit web tal-ECHA.

Sir af aktar

Eżami tal-proposti ta’ ttestjar

Ir-reġistranti jridu jissottomettu proposta ta’ ttestjar jekk ikunu beħsiebhom iwettqu test ġdid elenkat fl-Annessi IX u X ta' REACH.

L-għan tal-eżami tal-proposta ta’ ttestjar huwa prinċipalment li jiġi evitat ittestjar mhux neċessarju fuq l-annimali, speċjalment meta l-ittestjar jinvolvi l-użu ta’ annimali vertebrati. Ir-reġistranti jridu jirċievu d-deċiżjoni tal-ECHA qabel ma jkunu jistgħu jwettqu xi testijiet.

L-ECHA tevalwa l-proposti ta’ ttestjar kollha li jsiru mir-reġistranti.

Sir af aktar

Sir af aktar

L-ECHA tħejji l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha abbażi tal-proposta ta’ ttestjar li ssir mir-reġistrant u tal-informazzjoni pprovduta minn partijiet terzi.

Eżiti possibbli tal-eżami tal-proposta ta’ ttestjar


L-ECHA tindirizza l-kontributi kollha minn partijiet terzi fid-deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni tad-dossier.

Sir af aktar

Evalwazzjoni tas-sustanza

L-għan tal-evalwazzjoni tas-sustanza huwa li jiġi ċċarat jekk l-użu tas-sustanza jistax jikkawża ħsara lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent. L-ECHA u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jidentifikaw dawn is-sustanzi ta’ tħassib.

Sir af aktar

Eżiti possibbli: