Pictograms
Pictograms
Ossidanti
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Jista' jikkawża (jew jintensifika) in-nar jew splużjoni.
- X'għandek tagħmel?
- Issaħħanx. Ilbes ilbies protettiv. F'kuntatt mal- ħwejjeġ jew mal-ġilda, laħlaħ bl-ilma.
- Fejn tintuża?
- Bliċ, ossiġnu.
Periklu għas-Saħħa/ Perikoluż għas-saff tal-ożonu
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda jew irritazzjoni serja fl-għajnejn; jagħmel ħsara jekk jinbela' jew jinġibed minn nifs; jagħmel ħsara lill-ambjent.
- X'għandek tagħmel?
- Evita l-kuntatt mal-ġilda u mal-għajnejn. Evita r-rilaxx fl-ambjent.
- Fejn tintuża?
- Deterġenti għall-ħasil, deterġenti tat-tindif tattojlits, anti-konġelant, fluwidu għat-tindif tattwieqi, silikon, kolla super, verniċ.
Fjammabbli
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Gass, aerosol, likwidu jew fwar li huwa fjammabbli ħafna jew estremament fjammabbli.
- X'għandek tagħmel?
- Issaħħanx, u tisprejjax fuq fjamma mikxufa. Uża għodda kontra x-xrar, żomm il-kontenitur magħluq sew.
- Fejn tintuża?
- Żejt tal-lampi, petrol, sustanza li tneħħi l-lostru tad-dwiefer, aġent sanitarju tal-idejn, kolla.
Splussiv
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Splussiv instabbli. Periklu ta' splużjoni tal-massa.
- X'għandek tagħmel?
- Żomm id-distanza, ilbes ilbies protettivi. Żomm 'il bogħod mis-sħana, mix-xrar, minn fjammi jew minn uċuħ sħan. Tpejjipx
- Fejn tintuża?
- Logħob tan-nar, munizzjon.
Korrużiv
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Jista' jsaddad il-metalli, jikkawża ħruq sever fuq il-ġilda u jagħmel ħsara lillgħajnejn.
- X'għandek tagħmel?
- Żomm fil-kontenitur oriġinali. Ilbes ingwanti u ħwejjeġ protettivi, protezzjoni għall-għajnejn u l-wiċċ.
- Fejn tintuża?
- Deterġenti tat-tindif għal katusi, aċidi, bażijiet, ammonja, deterġenti tattindif tal-BBQ.
Tossiċità akuta
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Kapaċi joqtol jekk jinbela', jinġibed man-nifs jew jekk imiss mal-ġilda
- X'għandek tagħmel?
- Missu b'attenzjoni. Tikolx, tixrobx jew tpejjipx meta tkun qed tuża dan il-prodott. Uża tagħmir protettiv. Evita l-kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn. Aħżen f'post imsakkar.
- Fejn tintuża?
- Insettiċidi, miljiet tannikotina għas-sigaretti elettroniċi.
Gass taħt pressjoni
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Jista' jisplodi jekk imsaħħan, jikkawża ħruq jew korriment.
- X'għandek tagħmel?
- Ipproteġi mid-dawl taxxemx. Ilbes ingwanti u ħwejjeġ protettivi, protezzjoni għall-għajnejn u l-wiċċ.
- Fejn tintuża?
- Kontenituri jew fliexken bil-gass
Periklu serju għas-saħħa
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Jista' jagħmel ħsara lillfertilità jew lit-tarbija li għadha fil-ġuf, jista' jikkawża kanċer, sintomi ta' allerġija jew ta' ażżma jew jagħmel ħsara lill-organi.
- X'għandek tagħmel?
- Aqra l-prekawzjonijiet ta' sigurtà qabel tużah. Evita t-trabijiet jew dħaħen waqt li tkun qed tieħu n-nifs. Aħżen f'post imsakkar. Ikkuntattja liċ-ċentru kontra l-avvelenamenti jew lit-tabib jekk ikun hemm sintomi respiratorji.
- Fejn tintuża?
- Terpentina, petrol, żejt għallampi.
Perikoluż għal l-ambjent
Dejjem iċċekkja t-tikketta!
- Xi tfisser?
- Tossiku għall-ħajja akkwatika
- X'għandek tagħmel?
- Evita r-rilaxx fl-ambjent. Iġbor it-tixrid.
- Fejn tintuża?
- Erbiċidi, terpentina, petrol, verniċ.