Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Stadju 1.

Oħloq il-kont tiegħek f’REACH-IT jekk ma għandekx wieħed. Jekk diġà għandek kont, żgura li l-informazzjoni kollha hija aġġornata.

Innota li l-ECHA se tuża d-daqs tal-kumpanija ddikjarat fil-kont ta’ REACH-IT tiegħek biex tiddetermina t-tariffa għall-applikazzjoni tiegħek.

Stadju 2.

Oħloq id-dossier ta’ IUCLID tiegħek.

Segwi l-istruzzjonijiet fil-manwal.

Stadju 3.

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ REACH-IT.

Segwi l-istruzzjonijiet fil-manwal.

Għal applikazzjonijiet konġunti, segwi l-istruzzjonijiet fl-istadju 4.

Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek matul l-ewwel jiem tal-perjodu ta’ sottomissjoni biex tkun ċert li għaddejt mill-kontroll tar-regoli tan-negozju sal-aħħar data tal-applikazzjoni għas-sustanza tiegħek.

Stadju 4.

Jekk inti parti minn applikazzjoni konġunta, segwi l-passi fil-graff hawn taħt.

Jekk m’intix parti minn applikazzjoni konġunta, aqbeż dan l-istadju u mur direttament għal punt 5.

Deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn l-istadji hija disponibbli fid-dokument tal-istruzzjonijiet. L-istadji kollha mill-applikanti u mill-koapplikanti kollha li jkunu qegħdin jagħmlu sottomissjoni għandhom jitlestew permezz ta’ REACH IT.

Is-sottomissjoni ta’ AfAIssottometti l-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ REACH-IT bħala applikazzjonikonġuntaIpprovdi informazzjoni dwar l-użu, il-kamp ta’ applikazzjoni u r-rwol fil-katina tal-provvistaIbgħat l-isemkonġunttal-applikazzjoni u t-token ta’ sigurtà lil koapplikanti biex jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhomIlloggja f’REACH-IT u kkonferma l-parteċipazzjoni billi tipprovdi informazzjoni dwar l-użu, il-kamp ta’ applikazzjoniu r-rwol fil-katina tal-provvistaStenna sakemm il-koapplikanti kollha jkunu taw l-informazzjonitagħhomIrrevedi u ffinalizza l-applikazzjoni konġuntaf’REACH-ITapplikant li jissottometti applikazzjonikoapplikanti

Stadju 5.

L-iffinalizzar tal-informazzjoni wiesgħa dwar l-użi

Wara li tkun għaddejt mill-kontroll tar-regoli tan-negozju u qabel ma tintbagħat il-fattura, l-ECHA se tirrieżamina l-“formulazzjoni fil-qosor” proposta dwar l-informazzjoni wiesgħa tal-użi li se tiġi ppubblikata fis-sit web tal-ECHA.

Ladarba verżjoni inizjali tal-“formulazzjoni fil-qosor” tiġi stabbilita mill-ECHA, inti se tiġi mistieden/mistiedna tipprovdi kummenti sa skadenza speċifikata. L-ECHA se tuża l-kummenti tiegħek bħala bażi għall-iffinalizzar tal-“formulazzjoni fil-qosor” u se tikkomunika l-verżjoni finali lilek.

L-avviżi dwar il-“formulazzjoni fil-qosor” tal-informazzjoni wiesgħa dwar l-użi u l-fattura jintbagħtu lilek permezz ta’ messaġġi ta’ REACH-IT.

Stadju 6.

Ħallas il-fattura sad-data msemmija fiha.

Kontroll tar-regoli tan-negozju, l-aħħar data tal-applikazzjoni u fattura

Il-kontroll tar-regoli tan-negozju għandu l-għan li jiżgura li l-applikazzjoni tiegħek tissodisfa sett ta’ prerekwiżiti amministrattivi. L-applikazzjoni tiegħek teħtieġ li tgħaddi minn dan l-istadju qabel ma l-ECHA tkun tista’ tittratta l-applikazzjoni kif suppost u twettaq il-proċessi regolatorji meħtieġa. Innota li meta tgħaddi mill-kontroll tar-regoli tan-negozju tipprovdi biss konferma li d-dossier tiegħek jista’ jiġi aċċettat għall-ipproċessar, u mhux li huwa komplut.

Wara li l-ECHA tkun wettqet dawn il-kontrolli, din se tikkalkulalek it-tariffa tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni u tibgħat il-fattura. Biex tibbenefika mill-arranġamenti tranżitorji tal-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta’ REACH, għandek tissottometti l-applikazzjoni tiegħek lill-ECHA kmieni biżżejjed qabel l-aħħar data tal-applikazzjoni sabiex xorta jkollok ċans terġa’ tissottometti qabel l-aħħar data tal-applikazzjoni f’każ li l-applikazzjoni tiegħek ma tgħaddix mir-regoli tan-negozju (ara Mistoqsijiet u Tweġibiet 571 u 572 għal aktar dettalji). It-tariffa trid titħallas sad-data msemmija fil-fattura.

Verifika tal-SME

L-applikazzjoni għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni ssegwi l-istess kundizzjonijiet ta’ verifika tal-SME bħall-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ REACH. Jekk titlob li tkun eliġibbli għal tnaqqis fit-tariffa, l-ECHA se tivverifika l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija tiegħek. Jekk b’mod żbaljat tiddikjara li inti SME, l-ECHA se tiġbor tariffa amministrattiva mingħandek – minbarra t-tariffa applikabbli għall-kategorija korretta tad-daqs tal-kumpanija.

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek