L-attivitajiet tal-ECHA dwar restrizzjonijiet

L-attivitajiet tal-ECHA dwar restrizzjonijiet

Wara t-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea, l-ECHA tħejji dossiers ta’ restrizzjonijiet skont l-Anness XV, tirrevedi l-entrati eżistenti u tinvestiga l-ħtieġa li titħejja proposta għal restrizzjoni. F’xi każijiet, l-ECHA twettaq tali ħidma fuq inizjattiva proprja, b’mod partikolari, jekk is-sustanzi fil-Lista ta’ Awtorizzazzjoni, li huma preżenti fl-oġġetti, jippreżentaw riskji inaċċettabbli. Ir-riżultat tal-ħidma jiġi rrapportat u azzjonijiet ulterjuri possibbli jistgħu jiġu segwiti fuq is-sit web tal-ECHA. L-ECHA tista’ tniedi konsultazzjoni u sejħiet għall-evidenza matul il-ħidma preparatorja.