Il-proċess ta' valutazzjoni għal sustanzi attivi

Hekk kif applikazzjoni għal approvazzjoni ta' sustanza attiva tiġi kkunsidrata valida mill-awtorità kompetenti ta' valutazzjoni, jibda l-proċess ta' valutazzjoni. L-awtorità kompetenti ta' valutazzjoni għandha 365 jum biex tivvaluta l-applikazzjoni u tipprovdi l-konklużjoni tagħha lill-ECHA.

Din il-grafika tagħti ħarsa ġenerali tal-proċess ta' evalwazzjoni tad-dossier

 

Stadji

Matul il-proċess ta' valutazzjoni, l-applikant jista' jkun mitlub li jipprovdi aktar informazzjoni jekk l-awtorità kompetenti li tkun qiegħda tagħmel il-valutazzjoni tikkunsidra li hija neċessarja aktar informazzjoni. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba fi żmien 180 jum sakemm ma jkunx ġustifikat xi dewmien minħabba n-natura tad-dejta mitluba jew minħabba ċirkostanzi mhux normali. 

Il-proċess ta' valutazzjoni jikkonsisti fl-istadji li ġejjin.

Image

L-awtorità kompetenti li tagħmel il-valutazzjoni, tivvaluta d-dossier.

 
Image

L-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni tiffinalizza l-abbozz tar-rapport ta' stima u l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tagħha.

 
Image

L-abbozz tar-rapport ta' stima jintbagħat lill-applikant permezz ta' R4BP 3. L-applikant għandu 30 jum biex jipprovdi kummenti bil-miktub.

 
Image

Ir-rapport ta' stima jintbagħat permezz ta' R4BP 3 lill-ECHA għal reviżjoni mill-pari fil-Kumitat għall-Prodotti Bijoċidali (BPC).

 
Image

Jekk is-sustanza attiva tkun kandidat għal sostituzzjoni, tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika. Din tagħti lil partijiet terzi l-possibbiltà li jippreżentaw informazzjoni rilevanti, li tkun tinkludi informazzjoni dwar sustanzi alternattivi.

 
Image

Il-BPC għandu 270 jum biex jagħti opinjoni permezz ta' stima ta' reviżjoni tal-pari u li jippreżenta din l-opinjoni lill-Kummissjoni.

 
 
Image

Il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tas-sustanza attiva.

 

F'każ ta' deċiżjoni pożittiva, is-sustanza attiva tkun inkluża fuq il-lista tal-Unjoni ta' sustanzi attivi approvati.

 

Persuni attivi

Il-persuni attivi primarji fil-proċess ta' valutazzjoni huma:

Applikanti

L-applikanti huma responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha fid-dossiers tagħhom. Għandhom ikunu attenti għad-diversi skadenzi matul il-proċess. L-applikanti għandhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-abbozz tar-rapport tad-dossier tagħhom matul il-proċess.

Il-Pubbliku

Jekk is-sustanza attiva tkun kandidat għal sostituzzjoni ,ċittadini, organizzazzjonijiet, akkademiċi jew l-awtoritajiet għandhom il-possibbiltà li jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti matul il-proċedura ta' konsultazzjoni pubblika. 

ECHA

L-ECHA tikkoordina l-proċess ta' approvazzjoni u tipprovdi l-għodda neċessarja u sostenn għall-applikanti. L-ECHA tipprovdi wkoll is-Segretarjat għall-Kumitat għall-Prodotti Bijoċidali.

Il-Kumitat għall-Prodotti Bijoċidali (BPC)

Il-Kumitat għall-Prodotti Bijoċidali jagħti opinjoni xjentifika dwar is-sustanzi attivi (l-approvazzjoni, it-tiġdid, ir-reviżjoni, l-inklużjoni fl-Anness I), l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodotti bijoċidali u r-rikonoxximent reċiproku. Il-Kummissjoni titratta wkoll kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi u kwistjonijiet oħra fuq it-talba tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tikkonsisti f'membri maħtura mill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi taż-ŻEE fuq il-bażi tal-esperjenza tagħhom.

Awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjoni

L-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni hi responsabbli biex tivvaluta l-applikazzjonijiet. L-awtorità kompetenti li twettaq il-valutazzjoni tintagħżel mill-applikant.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Kumitat Permanenti dwar il-prodotti bijoċidali, tikkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-BPC u tiddeċiedi jekk għandhiex tapprova s-sustanza attiva jew le. Il-Kumitat Permanenti huwa ppresedut mill-Kummissjoni u għandu rappreżentanti mill-Istati Membri kollha. F'każ ta' deċiżjoni pożittiva, il-Kummissjoni tinkludi s-sustanza attiva fil-lista tal-Unjoni ta' sustanzi attivi approvati.