Mustanza attiva ġdida

Il-kumpaniji għandhom japplikaw għal approvazzjoni ta' sustanza attiva billi jissottomettu dossier lill-ECHA. Wara li jkun twettaq kontroll tal-validazzjoni mill-Aġenzija, l-awtorità kompetenti għat-twettiq tal-valutazzjoni tagħmel kontroll tas-sħuħija u evalwazzjoni fi żmien sena.

Ir-riżultat tal-evalwazzjoni jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-Prodotti Bijoċidali tal-ECHA, li jipprepara opinjoni fi żmien 270 jum. L-opinjoni sservi ta' bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri. L-approvazzjoni ta' sustanza attiva tingħata għal numru definit ta' snin, liema perjodu ma jaqbiżx l-għaxar snin.

Iseħħ proċess simili għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva, fejn, skont l-ammont ta' studji ġodda disponibbli mat-tiġdid, issir distinzjoni bejn evalwazzjoni sħiħa u evalwazzjoni limitata. L-applikazzjoni lill-ECHA għandha tiġi ppreżentata 550 jum qabel id-data ta' skadenza tal-approvazzjoni.

Il-BPR jintroduċi l-kriterji ta' esklużjoni u sostituzzjoni bħala elementi ġodda.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)