Min?

Għandek tinnotifika sustanza lill-Inventarju ta' Klassifikazzjoni u Ttikkettar (C&L) fi żmien xahar minn meta titqiegħed fis-suq u inti:

  • Qed timmanifattura s-sustanza u hija soġġetta għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament REACH; jew
  • Timporta s-sustanza u hija soġġetta għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament REACH; jew
  • Timmanifattura jew timporta s-sustanza u hija kklassifikata bħala perikoluża, irrispettivament mill-kwantità; jew
  • Timporta taħlita li fiha s-sustanza li hija kklassifikata bħala perikoluża u hija preżenti 'l fuq mil-livelli ta' konċentrazzjoni relevanti, u dan jirriżulta fil-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala perikoluża skont ir-Regolament CLP; jew
  • Timporta oġġett li fih sustanzi li huma soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament REACH.

 

Rappreżentant jew impurtatur biss – min għandu jinnotifika?

 

Rappreżentanti Uniċi (OR - Only Representatives) jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa għal Notifikazzjoni lill-Inventarju bħala parti minn dossier ta' reġistrazzjoni REACH. Meta tkun meħtieġa Notifikazzjoni separata lill-Inventarju, l-importatur(i) tal-UE normalment ikollu(hom) jippreżenta(w) in-Notifikazzjoni. 
Jekk operaturi mhux tal-UE, għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, ma jkunux jixtiequ jiżvelaw il-kompożizzjoni tas-sustanzi jew tat-taħlitiet tagħhom lill-importaturi tal-UE tagħhom, jistgħu jaħtru lil wieħed mill-importaturi biex jagħmel in-notifikazzjoni f'isem l-importaturi l-oħra (notifikazzjoni bħala grupp).  
Inkella, parti terza li ma tkunx hija stess manifattur jew importatur (eż OR li jkun diġà nħatar għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni taħt REACH) tista' tippreżenta notifikazzjoni ta' grupp f'isem l-importaturi tal-UE. Din il-parti terza tista' tippreżenta n-notifikazzjoni, iżda ma tistax tieħu fuqha l-obbligi tal-importaturi li huma parti mill-grupp. Jekk tintuża din is-soluzzjoni, l-entità li tagħmel il-preżentazzjoni għandha tkun tista' tiddokumenta li ngħatat il-mandat li taġixxi għal u f'isem il-manifattur(i)/l-importatur(i) li huma parti mill-grupp u li l-manifattur(i)/l-importatur(i) jirrikonoxxi(u) li jibqa'(għu) kompletament responsabbli li jissodisfa(w) l-obbligi kollha tiegħu (tagħhom) assoċjati ma' din in-notifikazzjoni. Id-dokumentazzjoni li tirrelata mal-ħolqien ta' dan il-grupp ta' manifattur(i)/ importatur(i) kif ukoll id-dejta u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati s-C&L jeħtieġ li jkunu magħmula disponibbli lill-Awtoritajiet Kompetenti u lill-Awtoritajiet tal-Infurzar relevanti. 

 

L-ewwel x'għandi nagħmel?

Bħala l-ewwel pass, għandek taqra Gwida Prattika 7: Kif tinnotifika Sustanza lill-Inventarju ta' Klassifikazzjoni u Ttikkettjar (ara taħt) li jgħinek tidentifika jekk intix obbligat/a tinnotifika s-sustanza tiegħek lill-Inventarju tas-C&L. Il-gwida tiprovdilek ukoll introduzzjoni dwar kif tagħmel in-notifika fil-prattika. Tista' wkoll taqra aktar dwar il-ħtiġijiet ta' informazzjoni u l-għodod għan-notifika billi ssegwi l-links ta' hawn taħt jew fis-sidebar.