Tiftix

Informazzjoni dwar testijiet u istudji disponibbli

Kwalunkwe applikant li beħsiebu jwettaq testijiet jew studji li jinvolvu annimali verterbrati għall-applikazzjonijiet ta' awtorizzazzjoni tagħhom skont il-BPR għandu jissottometti talba lill-ECHA permezz tar-R4BP 3. L-għan ta' din it-talba huwa li jiġi stabbilit jekk dawn it-testijiet jew studji diġà ġewx sottomessi skont ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijodiċali jew id-Direttiva dwar il-Prodotti Bijodiċali preċedenti. Din it-talba mhijiex obbligatorja għal dejta li tinvolvi testijiet għajr fuq annimali vertebrati.

It-talba hija pre-rekwiżit qabel ma titressaq tilwima ta' kondiviżjoni tad-dejta quddiem l-ECHA (fir-rigward tal-istudji dwar il-vertebrati jew non-vertebrati) inkluż sitwazzjonijiet fejn l-applikant prospettiv diġà jaf il-proprjetarju(i) tad-dejta jew fejn diġà nbdew in-negozjati.

Jekk ikunu ġew sottomessi testijiet jew studji bħal dawn, l-ECHA ser tagħti d-dettalji ta' kuntatt tas-sottomettitur lill-applikant. Din id-dejta ser tiġi rkuprata minn dossiers sottomessi skont id-Direttiva dwar il-Prodotti Bijoċidali preċedenti u r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali. L-ECHA mhux ser tipprovdi informazzjoni dwar testijiet jew studji individwali.

Protezzjoni tad-dejta/użu ta' dejta minn applikanti sussegwenti

Jekk il-perjodu ta' protezzjoni tad-dejta rilevanti jkun skada, l-ECHA tista' taqbel li l-applikanti sussegwenti jistgħu jirreferu għad-dejta pprovduta fl-applikazzjoni oriġinali tagħhom.