Appoġġ speċifiku għas-settur għall-identifikazzjoni tas-sustanza

L-ECHA qed taħdem mill-qrib ma' ċerti setturi fl-industrija tal-kimika biex tiżviluppa gwida fuq kif tidentifika s-sustanzi għal raġunijiet regolatorji. Fejn hu relevanti, l-ECHA tagħmel dan fi ħdan il-qafas tal-OECD.

Taħt kull link settorjali, se ssib gwida ta' identifikazzjoni tas-sustanza settorjali speċifika hekk kif tiġi disponibbli. Din il-gwida mhix gwida uffiċjali tal-ECHA u ma tissostitwixxix il-gwida tal-ECHA għall-identifikazzjoni u l-għoti tal-isem ta' sustanzi kimiċi taħt REACH u CLP. Minflok, din il-gwida għandha tkun kumplimentari għall-gwida uffiċjali billi tespandi aktar fuq kunċetti ġenerali. Dan jgħin biex ikun assigurat approċċ konsistenti għall-identifikazzjoni tas-sustanzi kimiċi fi ħdan is-setturi fl-industrija.

Il-gwida speċifika settorjali, flimkien mal-gwida uffiċjali tal-ECHA, tista' tgħinek tidentifika s-sustanza tiegħek b'mod korrett u tikseb il-konformità ma' REACH għal dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni tas-sustanza.