Uża s-sustanzi kimiċi b'mod sigur fuq ix-xogħol

L-użu sigur tas-sustanzi kimiċi fuq il-post tax-xogħol tiegħek huwa essenzjali għas-saħħa u l-benesseri tiegħek. Il-liġijiet tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, magħrufin bħala r-regolamenti REACH, CLP u dwar il-Prodotti Bijoċidali, jistgħu jkunu ta' għajnuna.

Skont il-liġi, inti għandek tingħata informazzjoni li tista' tgħinek twieġeb dawn il-mistoqsijiet importanti: kemm huma perikolużi s- sustanzi kimiċi u l-prodotti li ġġestixxi u kif tista' tużahom b'mod sigur?

Għal sustanzi perikolużi, il-fornituri issa jridu jinkludu aktar informazzjoni fl-iskedi ta' dejta ta' sigurtà u fuq it-tikketti. L- impjegatur tiegħek għandu juża din l-informazzjoni biex idaħħal fis-seħħ miżuri ta' ġestjoni tar-riskju biex jiġi żgurat li s-sustanzi kimiċi jintużaw b'mod sigur fuq il-post tax-xogħol tiegħek.

Dawn ir-rekwiżiti legali japplikaw ugwalment għall-kumpaniji, irrispettivament f'liema pajjiż tal-UE huma bbażati fih jew jekk jimmanifatturawx, jimportawx jew jużawx sustanzi kimiċi.

Permezz ta' dawn il-liġijiet, issa għandna:

  • Għarfien ġdid dwar il-perikoli, l-esponiment, ir-riskju tas-sustanzi kimiċi, u miżuri biex jiġu kkontrollati. 
  • Komunikazzjoni mtejba bejn l-utenti u l-fornituri.
  • Aktar kontroll tas-sustanzi ta' tħassib, billi jiġi limitat l-użu tagħhom jew jitneħħew kompletament mis-suq Ewropew u jiġu sostitwiti b'alternattivi aktar siguri.

L-għan aħħari huwa li jitnaqqas l-esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi u li jiġu evitati korrimenti, inċidenti u mard.

"Appoġġajna REACH mill-bidu nett u nemmnu li qiegħed itejjeb l-ambjenti tax-xogħol," jgħid Tony Musu mill-Konfederazzjoni tat- Trejdjunjins Ewropej, li ssegwi mill-qrib il-¡idma tal-ECHA bħala rappreżentanta tal-ħaddiema.

Anki inti jista' jkollok rwol attiv.

Uża l-websajt tal-ECHA bħala sors ta' informazzjoni u sfrutta dan l-għarfien fuq il-post tax-xogħol tiegħek.

Categories Display