Informazzjoni meħtieġa għar-reġistrazzjoni

Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni REACH jiddependu mit-tunnellaġġ u l-użijiet tas-sustanza tiegħek. F’każ li inti m’għandekx id-data kollha li teħtieġ, tista’ tinnegozja aċċess għal studji individwali jew għad-data kollha li reġistranti eżistenti diġà ppreżentaw.

  • Trid tħallas biss għal data li fil-fatt teħtieġ għar-reġistrazzjoni tiegħek.
  • Jenħtieġ li tivvaluta b᾽mod kritiku l-adattabbiltà u l-kwalità tad-data li inti tinnegozja aċċess għaliha.
  • Mhux dejjem huwa meħtieġ li inti tipprovdi test dwar annimali vertebrati biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni għalkemm REACH jispeċifika test fuq l-annimali. Inti xorta waħda tista᾽ tuża metodi alternattivi jew tadatta (tirrinunzja)  ċerti rekwiżiti ta᾽ informazzjoni jekk dan ikun xjentifikament ġustifikat. Dan huwa l-każ ukoll jekk test fuq annimal vertebrat ikun diġà ġie ġġenerat u ppreżentat minn reġistranti eżistenti.
  • Ir-rekwiżiti standard tal-informazzjoni huma dawk li huma meħtieġa bħala minimu biex jissodisfaw l-obbligi tar-reġistrazzjoni ta’ REACH u huma elenkati fit-tabella hawn taħt. Jekk is-sustanza tiegħek hija intermedja taħt kondizzjonijiet kontrollati b᾽mod strett, huwa meħtieġ biss li inti tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li inti għandek disponibbli.

Ir-rekwiżiti ta᾽ informazzjoni nbidlu qabel l-iskadenza tal-2018. Jekk ma jkunx aktar meħtieġ li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni, mhuwiex meħtieġ li tinnegozja l-kondiviżjoni tal-ispiża għal din l-informazzjoni mal-koreġistranti tiegħek (anke jekk id-data diġà ġiet iġġenerata u ppreżentata mir-reġistranti eżistenti).
 

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)