Ħarsa ġenerali: paragun tal-proċeduri ta’ tilwim għal prereġistranti u individwi li jippreżentaw domanda

 

Il-proċedura hija kemxejn differenti skont jekk għamiltx prereġistrazzjoni jew domanda dwar is-sustanza tiegħek. Jekk għamilt prereġistrazzjoni dwar is-sustanza tiegħek, il-proċedura hija bbażata fuq l-Artikolu 30(3) ta’ REACH. Jekk għamilt domanda dwar is-sustanza tiegħek, il-proċedura hija bbażata fuq l-Artikoli

 

  Prereġistrazzjoni/SIEF Domanda

Dan xi jfisser?

Il-prereġistrazzjoni kienet possibbli sal-1 ta’ Diċembru 2008 jekk inti mmanifatturajt jew importajt is-sustanza qabel dak iż-żmien.

Prereġistrazzjonijiet tardivi huma possibbli sal-31 ta’ Mejju 2017, jekk inti bdejt timmanifattura jew timporta fi kwantitajiet ta’ bejn tunnellata u 100 tunnellata fis-sena.

Wara l-prereġistrazzjoni, inti ssir membru ta’ forum ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar sustanzi (SIEF) fejn isiru d-diskussjonijiet kollha dwar sustanzi ugwali, il-kondiviżjoni tad-data u s-sottomissjoni konġunta.

Jekk biħsiebek tibda timmanifattura jew timporta aktar minn tunnellata ta’ sustanza  fis-sena u m’għadekx tista’ tipprereġistra tard, inti soġġett għal investigazzjoni.

Meta tissottometti domanda lill-ECHA, inti titqiegħed f’kuntatt mar-reġistranti eżistenti tal-istess sustanza. Imbagħad tkun trid tiddiskuti l-kondiviżjoni tad-data u s-sottomissjoni konġunta magħhom.

Verifika tal-ammissibilità

Sa 15-il jum ta’ ħidma (dan il-perjodu jista' jiġi estiż jekk l-ECHA tkun teħtieġ li titlob aktar informazzjoni mingħand ir-reġistrant potenzjali)

Skadenza għall-parti l-oħra biex tipprovdi evidenza dokumentarja

10 ijiem ta’ ħidma (fil-każ li l-parti l-oħra ma tipprovdix evidenza dokumentarja fi żmien 10 ijiem ta’ ħidma, l-ECHA tivvaluta t-tilwima fuq il-bażi biss tad-dokumentazzjoni ppreżentata minn min jagħmel il-klejm)

Skadenza biex toħroġ deċiżjoni wara li tkun daħlet l-evidenza miż-żewġ partijiet

Xahrejn (2)

Xahar (1)

L-eżitu/il-kontenut tad-deċiżjoni

L-ECHA jew toħroġ deċiżjoni li tagħti lir-reġistrant potenzjali, il-permess li jirreferi għall-istudji mitluba u/jew tipprovdi token għall-aċċess tas-sottomissjoni konġunta jew titlob liż-żewġ partijiet ikomplu bin-negozjati tagħhom.

Nota 1: Anke wara li l-ECHA toħroġ deċiżjoni li tagħti permess għal referenza, il-partijiet xorta waħda huma mħeġġa jaslu għal qbil volontarju.

Nota 2: Jekk l-ECHA toħroġ deċiżjoni li titlob lill-partijiet ikomplu bin-negozjati, u l-partijiet ma jistgħux jilħqu qbil fin-negozjati tagħhom, ir-reġistrant potenzjali jista’ jippreżenta tilwima oħra li tkopri l-isforzi sussegwenti tagħhom.

L-ambitu tal-permess ta’ referenza

Studji fuq vertebrati soġġetti għan-negozjati biss.

L-istudji kollha soġġetti għan-negozjati.

L-aċċess għas-sottomissjoni konġunta

Token għall-aċċess tas-sottomissjoni konġunta f’REACH-IT (Aktar informazzjoni fuq il-paġna web tas-Sottomissjoni konġunta)

Ħlas?

Jekk l-ECHA tagħti l-permess għal referenza u/jew aċċess għas-sottomissjoni konġunta, l-ECHA ma titlobx prova tal-ħlas. Madankollu, l-parti l-oħra tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-qrati nazzjonali kompetenti għal kumpens xieraq.

Jekk l-ECHA jkollha l-intenzjoni li tagħti permess ta’ referenza u/jew aċċess għas-sottomissjoni konġunta, l-ewwel tintbagħat talba għal prova tal-ħlas flimkien mal-abbozz tad-deċiżjoni.

Ladarba tirċievi l-prova tal-ħlas, l-ECHA toħroġ id-deċiżjoni finali.

Nota: L-ECHA ma għandha ebda kompetenza legali biex tivvaluta jekk dan il-kumpens huwiex adegwat jew le. Dan huwa taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati nazzjonali. Madankollu, l-ECHA tagħti l-parir li dan il-ħlas jirrifletti tal-inqas l-elementi li jkun sar qbil dwarhom matul in-negozjati.

Rimedji legali

Id-deċiżjonijiet kollha rigward tilwimiet jistgħu jiġu appellati lill-Bord tal-Appell tal-ECHA fi żmien tliet xhur.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)