Skip to Content
Skip to Content

Tilwim fil-prattika

It-tilwim jista’ jirrigwarda l-kondiviżjoni tad-data jew l-aċċess għas-sottomissjoni konġunta, jew spiss, it-tnejn li huma. Fil-każijiet kollha, l-ECHA żgurat li japplikaw l-istess prinċipji u proċeduri.

Il-preżentazzjoni ta’ tilwima hija biss l-aħħar lok, meta n-negozjati tiegħek ma jkunux irnexxew. L-ECHA tivvaluta jekk il-partijiet għamlux kull sforz sabiex jilħqu qbil ġust, trasparenti u nondiskriminatorju. Id-deċiżjoni ser tiddependi mill-isforzi li jagħmlu l-partijiet. Għaldaqstant, qabel ma tippreżenta t-tilwima, teħtieġ li tiżgura li tkun għamilt kull sforz biex tasal għal qbil.

Il-proċedura tat-tilwima ssegwi ċerti stadji u linji ta’ żmien. Tista’ tiġi ġestita mingħajr sostenn legali u hija mingħajr ħlas.

L-eżitu tat-tilwima ma jista' qatt jissodisfa lil kwalunkwe parti bħalma jissodisfah ftehim volontarju. Inti mħeġġeġ tkompli l-isforzi tiegħek sabiex tilħaq qbil li jkun sodisfaċenti għaż-żewġ partijiet minkejja li l-proċedura tat-tilwima tkun diġà bdiet (jew anke wara li tkun irċivejt id-deċiżjoni tal-ECHA).

Stadju 1: Iġbor l-evidenza

L-ECHA tivvaluta t-tilwima tiegħek abbażi ta’ evidenza dokumentarja tal-isforzi magħmula matul in-negozjati. Dan ifisser li teħtieġ li tirreġistra u tikkompila l-komunikazzjoni kollha bejnek u bejn il-parti l-oħra, pereżempju, f’fajl ZIP jew PDF.

M’għandekx għalfejn tippreżenta kwalunkwe informazzjoni addizzjonali (eż. messaġġi interni, dokumenti jew kalkoli, li ma kinux skambjati matul in-negozjati), noti ta’ spjegazzjoni jew konsiderazzjonijiet legali.

 

Stadju 2: Ippreżenta t-tilwima tiegħek permezz ta’ formola web

Hemm żewġ formoli disponibbli biex tippreżenta t-tilwim tiegħek skont jekk tkunx ipprereġistrajt jew staqsejt dwar is-sustanza tiegħek.

Il-formoli huma disponibbli hawn taħt.

Stadju 3: L-ECHA tivvaluta l-klejm tiegħek

F’każ li l-ECHA issib li l-klejm tiegħek hija ammissibbli, din titlob lill-parti l-oħra tippreżenta, l-evidenza dokumentarja tagħha dwar in-negozjati tal-kondiviżjoni tad-data fi żmien għaxart ijiem ta'; ħidma.

L-ECHA tibda tivvaluta t-tilwim wara li l-parti l-oħra tippreżenta l-evidenza dokumentarja (jew wara li tgħaddi l-iskadenza ta’ għaxart ijiem ta' ħidma).

Fuq il-bażi tal-komunikazzjoni ddokumentata bejnek u bejn il-parti l-oħra, l-ECHA tistabbilixxi jekk sarx kull sforz jew le biex tasal għal qbil.

Stadju 4: L-ECHA toħroġ id-deċiżjoni tagħha

Huma possibbli bosta eżiti:

  • Il-biċċa l-kbira tat-tilwim jirrigwardja kemm l-aċċess għad-data kif ukoll l-aċċess għas-sottomissjoni konġunta: jekk l-ECHA tikkonkludi li inti għamilt kull sforz iżda l-parti l-oħra naqset milli tagħmel dan, din toħroġ deċiżjoni li tagħtik permess li tirreferi għad-data. Inti tirċievi wkoll kopja tas-sommarji robusti tal-istudju mir-reġistrazzjoni eżistenti. Barra minn hekk, l-ECHA ser tagħtik aċċess għas-sottomissjoni b’token. Dan it-token huwa passcode li jippermettilek tirreġistra bħala opt-out fi ħdan is-sottomissjoni konġunta eżistenti.
  • Għal tilwim relatat mal-aċċess għal sottomissjoni konġunta: jekk l-ECHA tikkonkludi li inti għamilt kull sforz iżda l-parti l-oħra naqset milli tagħmel dan, din tagħtik aċċess għas-sottomissjoni konġunta b’token. Dan it-token huwa passcode li jippermettilek tirreġistra bħala opt-out fi ħdan is-sottomissjoni konġunta eżistenti.
  • Għal tilwim relatat mad-data: jekk l-ECHA tikkonkludi li inti għamilt kull sforz iżda l-parti l-oħra naqset milli tagħmel dan, din toħroġ deċiżjoni li tagħtik permess li tirreferi għad-data. Inti tirċievi wkoll kopja tas-sommarji robusti tal-istudju mir-reġistrazzjoni eżistenti. Huwa possibbli wkoll li jkun hemm tilwim dwar data li għadha ma ġietx sottomessa. F’dan il-każ, l-ECHA tagħtik il-permess li tipproċedi bir-reġistrazzjoni tiegħek mingħajr id-data kkontestata u tingħata żmien proporzjonat sabiex tiżviluppa u tippreżenta d-data li mhijiex koperta bil-permess li tirreferi għaliha (eż. studji li ma jinvolvux annimali vertebrati).
  • F’każ li l-ECHA tikkonkludi li inti m’għamiltx kull sforz biex tasal għal qbil, din ma tagħtikx il-permess li tirreferi għad-data mitluba jew li taċċessa s-sottomissjoni konġunta. Inti mbagħad ikollok tkompli n-negozjati mal-parti l-oħra.
Stadju 5: Issottometti r-reġistrazzjoni tiegħek

Ladarba tkun ilħaqt qbil mal-parti l-oħra jew irċivejt deċiżjoni mill-ECHA li tagħtik il-permess li tirreferi għal data u/jew li taċċessa s-sottomissjoni konġunta, inti tista’ tissottometti d-dossier tar-reġistrazzjoni tiegħek.

Ippreżenta tilwima

Il-proċedura tat-tilwima hija kemxejn differenti skont jekk għamiltx prereġistrazzjoni jew domanda dwar is-sustanza tiegħek.

Imla l-formola biex tippreżenta tilwima lill-ECHA:

Tilwim fil-prattika

Jekk għamilt prereġistrazzjoni tas-sustanza tiegħek:

Immaġni

Għandek in-numru tal-prereġistrazzjoni
(05-XXXXXXXXXX-XX-0000 /
17-XXXXXXXXXX-XX-0000)
u l-iskadenza tar-reġistrazzjoni tiegħek hija l-31 ta’ Mejju 2018.

Imla l-formola

 

Jekk għamilt domanda dwar is-sustanza tiegħek:

Immaġni

Għandek in-numru tad-domanda (06-XXXXXXXXXX-XX-0000

Imla l-formola

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)


Route: .live1