Skip to Content
Skip to Content

X'informazzjoni għandek bżonn

Sabiex tkun lest/a għar-reġistrazzjoni, jeħtieġ li tifhem liema informazzjoni jeħtieġ li tiġbor biex turi l-użu sigur tas-sustanza tiegħek. Imbagħad inti tirrapporta din l-informazzjoni fid-dossier ta' reġistrazzjoni tiegħek, li għandu jitħejja b'mod konġunt mill-kumpaniji kollha li jirreġistraw l-istess sustanza.

Inti u l-koreġistranti tiegħek huma responsabbli mill-parti konġunta tad-dossier ta' reġistrazzjoni, li ġeneralment huwa l-istess għar-reġistranti kollha tal-istess sustanza. Il-parti individwali tikkonsisti fl-informazzjoni speċifika għal kumpanija tiegħek.

Hemm tliet tipi prinċipali ta' informazzjoni fil-parti konġunta tar-reġistrazzjoni tiegħek:

  • Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tas-sustanza
  • Proprjetajiet ambjentali tas-sustanza
  • Proprjetajiet tas-saħħa tal-bniedem tas-sustanza

Inti għandek tivverifika fi ħdan il-forum ta' skambju ta' informazzjoni dwar sustanzi (SIEF) liema informazzjoni diġà hija disponibbli u x'teħtieġ li takkwista jew tiġġenera.

L-ammont ta' informazzjoni meħtieġa jiddependi mill-ogħla tunnellaġġ li jenħtieġ li jiġi kopert fis-sottomissjoni konġunta. Kull reġistrant jikkondividi data u l-ispejjeż għad-data li jeħtieġu.

Skont il-proprjetajiet tas-sustanza u l-informazzjoni disponibbli, ċerti testijiet ma jistgħux jew ma jeħtiġux li jitwettqu. Dawn is-sitwazzjonijiet huma msemmijin bħala adattamenti.

Fil-parti individwali tad-dossier tiegħek inti jenħtieġ li tinkludi informazzjoni speċifika għall-kumpanija dwar:

  • Identifikazzjoni tas-sustanza (kostitwenti, impuritajiet, addittivi)
  • L-użu u l-kundizzjonijiet tal-użu tas-sustanza għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tas-sustanza (mill-manifattura sa l-iskart)

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)


Route: .live2