Linjigwida ta' ttestjar tal-OECD u l-UE

Ġeneralment l-istudji għar-rekwiżiti tal-informazzjoni ta' REACH dwar l-ekotossiċità, it-tossiċità, u l-propjetajiet fiżikokimiċi huma ġġenerati bl-użu tal-linji gwida tat-test. Dawn il-linji gwida uffiċjali ġew approvati mill-OECD u l-UE.

Minħabba żviluppi xjentifiċi u regolatorji, il-linji gwida tat-test jiġu aġġornati u oħrajn ġodda jiġu introdotti. Permezz ta' din il-paġna, l-ECHA qed tappoġġa lir-reġistranti billi tindika kif dawn jistgħu jintużaw biex jilħqu r-rekwiżiti ta' informazzjoni skont ir-REACH. Pereżempju, ir-rwol tal-linji gwida tat-test fi ħdan l-istrateġiji tal-ittestjar hija deskritta, fejn xieraq. Din l-informazzjoni hija mogħtija qabel ma l-linji gwida tal-ECHA jiġu formalment aġġornati.

Il-"Gwida dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni u l-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sustanza kimika" tista' tkopri xi wħud mil-linji gwida. F'dawk il-każijiet, il-gwida għandha tiġi kkonsultata flimkien mal-informazzjoni fuq din il-paġna.

Ir-referenza speċifika fit-taqsimiet ta' hawn taħt hija mogħtija lil-Linja gwida tal-Eżami tal-OECD u l-Metodi tal-Eżami tal-UE, meta dawn huma disponibbli.

 

 

Please read and accept the disclaimer, in order to visualise the content in the panels below.

I have read and I accept the disclaimer

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)