Kampanji ta' skrining tal-IT dwar dossiers

L-ECHA tieħu xi azzjonijiet biex ittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni f'dossiers tar-reġistrazzjoni li jkollhom l-iskop li jissodisfaw l-ewwel mira strateġika tagħha "il-massimizzazzjoni tad-disponibbiltà ta' dejta ta' kwalità għolja sabiex ikunu possibbli l-manifattura u l-użu sigur tas-sustanzi kimiċi". Bħala parti minn dawn l-azzjonijiet, l-ECHA użat l-esperjenza ottenuta mill-valutazzjoni ta' dossiers tar-reġistrazzjoni u ttraduċiet nuqqasijiet frekwenti f'algoritmi kompjuterizzati li jistgħu jintużaw biex iwettqu skrining tad-dejtabejż kollha. Dan jagħti lill-Aġenzija ħarsa ġenerali aħjar lejn il-kwalità tad-dejta tar-reġistrazzjoni u jgħin biex in-nuqqasijiet li jinstabu jiġu indirizzati b'aktar effiċjenza.

Ir-riżultati tal-iskrinings inizjali huma kkomunikati lir-reġistranti permezz ta' ittri informali, li jipprovdu wkoll pariri dwar kif jistgħu jiġu rranġati nuqqasijiet potenzjali. L-Aġenzija tistenna li l-kumpaniji jieħdu dawn l-ittri bis-serjetà u jaġġornaw b'mod spontanju r-reġistrazzjonijiet tagħhom billi jindirizzaw it-tħassib enfasizzat, kif ukoll jużaw dan it-tagħrif biex jevitaw ir-repetizzjoni tal-istess kwistjonijiet fi preżentazzjonijiet oħrajn. Dawn l-ittri huma opportunità biex il-kumpaniji jtejbu d-dossiers tagħhom qabel ma l-ECHA tqiegħed fis-seħħ miżuri li jorbtu legalment bħal kontrolli ta' konformità.

Sustanzi intermedji

REACH jippermetti li sustanzi intermedji mmanifatturati u użati taħt kondizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett jiġu rreġistrati b'inqas informazzjoni dwar il-karatteristiċi tagħhom u mingħajr rapport dwar is-sigurtà kimika. Il-ħaddiema, il-konsumaturi jew l-ambjent jistgħu jkunu esposti ħażin għal sustanzi rreġistrati bħala sustanzi intermedji li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' sustanzi intermedji u/jew kondizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett u li tkun nieqsa informazzjoni dwar il-perikoli u r-riskji tagħhom fid-dossier tar-reġistrazzjoni. Għal din ir-raġuni l-ECHA qiegħda tivverifika b'mod attiv il-konformità ta' dawn it-tipi ta' dossiers.

 

Supporting material

Identifikazzjoni tas-sustanzi

L-identifikazzjoni korretta u konsistenti tas-sustanzi (SID) hija l-bażi għall-proċessi kollha ta' REACH. Huwa l-obbligu ta' kull reġistrant li jipprovdi karatterizzazzjoni dettaljata tal-identità tas-sustanza li hu jimmanifattura jew jimporta; din ir-responsabbiltà ma tistax tkun biss unikament fuq il-preżentazzjoni konġunta fil-forum ta' skambju ta' informazzjoni dwar is-sustanzi (SIEF).

Ir-rapporti ta' progress annwali ivvalutati taħt REACH juru l-identifikazzjoni tas-sustanzi bħala waħda min-nuqqasijiet l-iktar frekwenti f'reġistrazzjonijiet ippreżentati lill-Aġenzija. L-ECHA għalhekk wettqet skrining b'bażi ta' IT tal-elementi ta' informazzjoni meħtieġa għall-identità tas-sustanzi tar-reġistrazzjonijiet kollha ta' REACH.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)