Aktar dwar ir-responsabbiltajiet tal-utenti downstream
Aktar dwar ir-responsabbiltajiet tal-utenti downstream
Meta l-utenti downstream jirċievu SDS estiża għal sustanza jew taħlita, dawn iridu jistabblixxu jekk l-użu tagħhom huwiex appoġġjat mix-xenarji ta' esponiment (ES) jew l-informazzjoni dwar l-użu sigur ta' taħlita (SUMI) annessa mal-SDS. Il-formulaturi jridu jikkunsidraw ukoll l-użu previst tat-taħlitiet tagħhom mill-klijenti tagħhom.
Biex jivverifikaw jekk l-użu tagħhom huwiex appoġġjat, l-utenti downstream jeħtieġ li:
- Jiġbru informazzjoni dwar kif tintuża s-sustanza
- Jistabbilixxu jekk l-użu u l-kundizzjonijiet ta' użu effettivi jaqblux mal-kundizzjonijiet deskritti fix-xenarji ta' esponiment irċevuti.
Meta l-użu jkun appoġġjat, l-utenti downstream għandhom jiddokumentaw il-verifika u jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar l-użu sigur lill-klijenti, jekk ikun meħtieġ. Meta l-użu ma jkunx appoġġjat, l-utenti downstream għandhom għadd ta' għażliet:
- jimplimentaw il-kundizzjonijiet ta' użu deskritti fix-xenarju tal-esponiment li jkunu rċevew;
- jagħmlu l-użu tagħhom magħruf mal-fornitur tagħhom u jitolbu xenarju ta' esponiment aġġornat;
- jissostitwixxu s-sustanza b'sustanza differenti li għaliha mhuwiex meħtieġ xenarju ta' esponiment jew fejn ikunu disponibbli xenarji ta' esponiment li jkopru l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. Inkella, jissostitwixxu l-proċess bi proċess li ma jeħtieġx is-sustanza;
- isibu fornitur ieħor li jipprovdi s-sustanza jew it-taħlita b'xenarju ta' esponiment li jkopri l-użu tagħhom; jew
- jippreparaw rapport dwar is-sigurtà kimika ta' utent downstream (DU CSR)
Għal darb'oħra, l-utenti downstream iridu jipprovdu informazzjoni dwar l-użu sigur lill-klijenti tagħhom, jekk ikun meħtieġ, u jaf ikollhom jirrapportaw lill-ECHA.
Support
Route: .live1

