Notifiki ta’ użu downstream ta’ użijiet awtorizzati

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jistgħu jkopru użijiet ta’ sustanza partikolari mill-applikant, użijiet aktar ’il quddiem fil-katina tal-provvista, jew it-tnejn li huma.

Utenti downstream koperti minn awtorizzazzjoni mogħtija lil attur ‘il fuq fil-katina tal-provvista tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-ECHA dwar l-użu tagħhom. Dan ir-rekwiżit huwa bbażat fuq l-Artikolu 66 ta’ REACH.

L-ECHA żżomm reġistru tan-notifiki ta’ utenti downstream u tgħaddi l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Il-graff ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali tan-notifiki kollha ta’ utenti downstream li ntlaqgħu s’issa. Għall-kompletezza, għas-sustanzi rispettivi huma ppreżentati wkoll l-awtorizzazzjonijiet mogħtija. L-ECHA ser taġġorna l-informazzjoni fuq bażi trimestrali.

Aktar dettalji dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-użijiet huma disponibbli taħt “Mapep u graffs”.

L-informazzjoni miġbura minn notifiki individwali hija ppreżentata taħt “Reġistru ta’ notifiki”.

L-informazzjoni pprovduta hija bbażata fuq notifiki li ntlaqgħu mill-utenti. Għalhekk, jistgħu jeżistu ineżattezzi. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-avviż legali tal-ECHA għal aktar informazzjoni.

Sfond:

L-awtorizzazzjonijet għall-użu ta’ SVHCs jistgħu jingħataw jekk l-applikant ikun jista’ juri li r-riskju mill-użu tas-sustanza jiġi kkontrollat b’mod adegwat, jew li l-benefiċċji soċjoekonomiċi jkunu akbar mir-riskji u li ma jkun hemm l-ebda alternattiva xierqa. L-awtorizzazzjonijiet kollha huma soġġetti għal perjodu ta’ reviżjoni ta’ żmien limitat. Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għandha l-għan li l-SVHCs jiġu sostitwiti progressivament minn sustanzi jew minn teknoloġiji inqas perikolużi jekk ikun hemm disponibbli alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli. Għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, segwi l-links disponibbli fuq din il-paġna.

Għal aktar informazzjoni dwar il-verżjoni pubblika tar-reġistru ta’ notifiki u l-għanijiet tiegħu, ara ‘Information from downstream user notifications made public by ECHA’ (“Informazzjoni minn notifiki ta’ utenti downstream li saret pubblika mill-ECHA”).

Authorised uses per SVHC since 2016 (cumulative)*)

Graph

*) Includes only substances for which there are authorisations covering downstream users. For information including other substances from the Authorisation List, see ‘Statistics on received applications’.
AH = authorisation holders, DU = downstream users.

Nota: Bħalissa huma elenkati biss in-notifiki li saru sa Novembru 2016. Il-kumpaniji setgħu jimmarkaw informazzjoni speċifika fin-notifika tagħhom bħala kunfidenzjali sal-aħħar tal-2017. L-ECHA ser tlesti l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni mhux kunfidenzjali min-notifiki kollha meta l-kumpaniji jkunu ċċaraw l-istatus ta’ kunfidenzjalità tad-data tagħhom.

Bis(2-ethylhexyl)phthalate (DEHP) 204-211-0 117-81-7

Dibutyl phthalate (DBP) 201-557-4 84-74-2

Hexabromocyclododecane (HBCDD) - -

Lead chromate molybdate sulphate red 235-759-9 12656-85-8

Lead sulfochromate yellow 215-693-7 1344-37-2

Trichloroethylene (TCE) 201-167-4 79-01-6
Il-wiri ta’ 6 riżultati.



Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)