Rekwiżit dwar il-kunsens espliċitu

 

Minbarra r-rekwiżit ta' notifika, l-esportazzjoni ta' sustanzi kimiċi inkluża fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness I għar-Regolament PIC hija soġġetta wkoll għall-eżistenza ta' kunsens espliċitu validu mogħti mill-Awtorità Nazzjonali Nominata (DNA) tal-pajjiż importatur barra l-UE. Tista' tingħata eżenzjoni taħt ċirkostanzi ta' eċċezzjoni biss:

  • Jekk il-pajjiż importatur ma jkunx wieġeb fi żmien 60 jum mid-data tat-talba ta' kunsens espliċitu, u l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 14 (7) tar-Regolament 649/2012 ikunu ssodisfati, l-esportatur jista' jipproponi eżenzjoni mill-obbligi ta' kunsens espliċitu.
  • Jekk is-sustanza kimika notifikata tkun elenkata fil-Parti 2 tal-Anness I u li għandha tiġi esportata f'pajjiż tal-OECD, tista' tiġi kkunsidrata proposta għall-eżenzjoni tal-kunsens espliċitu. Sabiex tintalab tali eżenzjoni, l-esportatur irid jipprovdi evidenza dokumentata li s-sustanza kimika hija liċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata fil-pajjiż tal-OECD ikkonċernat.

Għal sustanzi kimiċi li huma inklużi fil-parti 3 tal-Anness, dan ir-rekwiżit ma japplikax meta jiġi ppubblikat rispons pożittiv dwar l-importazzjoni fiċ-ċirkolari tal-PIC tal-Konvezjoni ta' Rotterdam, u meta ma jiġux sodisfatti ċerti kriterji.

Kunsens espliċitu jibqa' validu għal esportazzjonijiet sussegwenti matul perjodu ta' tliet snin kalendarji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-kundizzjonijiet tal-kunsens espliċitu stess. Matul dawk it-tliet snin, kwalunkwe kumpanija fl-UE tista' tesporta l-istess sustanza kimika lill-pajjiż li ta l-kunsens espliċitu (diment li t-termini tal-kunsens jippermettu dan), iżda xorta teħtieġ li tissodisfa r-rekwiżiti ta' notifika u rappurtar annwali. L-ECHA żżomm database tan-notifiki kollha eżistenti u ġodda u t-tweġibiet dwar kunsens espliċitu.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)