Proċedura ta’ applikazzjoni u ta’ valutazzjoni

Il-kumpaniji se jużaw għodod ta’ preżentazzjoni elettronika biex japplikaw għal ekwivalenza teknika. L-applikazzjonijiet huma ppreżentati lill-ECHA permezz ta’ R4BP 3 bħala fajl IUCLID.

Din il-graff turi ħarsa ġenerali tal-proċedura tal-applikazzjoni għal ekwivalenza teknika. 

 

Passi

Il-proċess tal-applikazzjoni għandu diversi passi. Kull pass jeħtieġ li jitlesta qabel ma l-applikazzjoni tkun tista’ timxi għall-pass li jmiss. Huwa importanti li l-applikant ikun żgur li d-dati ta’ skadenza applikabbli kollha jiġu ssodisfati, inkella l-applikazzjoni tiġi miċħuda matul il-proċess.

Immaġni

L-ECHA tiċċekkja li l-applikazzjoni u d-data jkunu ġew ippreżentati fil-format korrett u tibgħat il-fattura tal-ħlas permezz tal-R4BP 3.

 
Immaġni

L-applikant iħallas il-ħlas relatat lill-ECHA fi żmien 30 jum mid-data tal-fattura.

 
Immaġni

L-ECHA taċċetta l-applikazzjoni u tibda tivvaluta l-ekwivalenza teknika.

 
Immaġni

Jekk hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex titwettaq il-valutazzjoni, l-ECHA se titlob l-informazzjoni nieqsa mill-applikant. Fl-istess ħin, l-ECHA se tispeċifika limitu ta' żmien għall-applikant biex jippreżenta din l-informazzjoni.

 
Immaġni

L-applikant jingħata l-possibbiltà li jikkummenta dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni.

 
Immaġni

L-ECHA se tieħu deċiżjoni finali fi żmien 90 jum minn meta titħallas it-tariffa tal-applikazzjoni. Jekk matul il-proċess tkun intalbet informazzjoni addizzjonali mill-applikant, il-perjodu ta’ 90 jum jiġi sospiż mid-data meta t-talba għal aktar informazzjoni tkun intbagħtet lill-applikant sakemm l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta. Is-sospensjoni tista’ taqbeż 180 jum biss f’ċirkostanzi ta' eċċezzjoni.

 

Atturi

L-atturi ewlenin fil-proċess tal-preżentazzjoni tad-dossier huma:

Applikanti

L-applikanti għandhom ir-responsabbiltà li jipprovdu dossiers bl-informazzjoni kollha rilevanti relatata mal-valutazzjoni tal-ekwivalenza teknika u li jipprovdu informazzjoni addizzjonali jekk tintalab mill-ECHA. L-applikanti huma responsabbli mill-kwalità u mill-format tad-data fid-dossiers tagħhom.

ECHA

L-ECHA hija responsabbli biex tiċċekkja li l-informazzjoni fid-dossiers hija f’format korrett. L-ECHA twettaq ukoll il-valutazjoni tad-dossiers ta’ ekwivalenza teknika u tiżgura li l-proċess ta’ preżentazzjoni jipproċedi fi ħdan l-iskedi ta’ żmien stabbiliti.