Tipi ta’ Prodotti
Fl-Anness V għall-BPR il-prodotti bijoċidali huma klassifikati fi 22 tip ta' prodotti bijoċidali, imqassma fi gruppi t'erba' taqsimiet ewlenin.
Minħabba l-esklużjoni tal-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi għall-ikel u l-ħażna tal-għalf mill-kamp ta' applikazzjoni, hemm tip ta' prodott inqas meta mqabbel mad-direttiva ta' qabel.
| Numru | Tip ta' prodott | Deskrizzjoni |
|---|---|---|
| Grupp prinċipali 1: Diżinfettanti Dawn it-tipi ta' prodotti ma jinkludux id-deterġenti li mhuwiex maħsub li jkollhom effett bijoċidali, inklużi s-sapun likwidu u t-trab tal-ħasil u prodotti simili. | ||
| TP 1 | Iġjene tal-bniedem | Il-prodotti f'dan il-grupp huma prodotti bijoċidali użati għall-finijiet ta' iġjene tal-bniedem, applikati fuq il-ġilda jew f'kuntatt magħha jew inkella fuq il-ġilda tar-ras tal-bniedem bil-għan prinċipali li jiddiżinfettaw il-ġilda jew il-ġilda tar-ras. |
| TP 2 | Diżinfettanti u alkaċidi li mhumiex maħsuba għall-użu dirett fuq il-bnedmin jew l-annimali | Użati sabiex jiddiżinfettaw superfiċji, materjali, tagħmir u għamara li ma jintużawx għal kuntatt dirett ma' ikel jew għalf. Fost oħrajn iż-żoni tal-użu jinkludu, pixxini, akkwarji, ilma tajjeb għall-għawm u ilmijiet oħra; sistemi tal-arja kondizzjonata; u ħitan u pavimenti f'żoni privati, pubbliċi u industrijali u f'żoni oħra ta' attivitajiet professjonali. Użati sabiex jiddiżinfettaw l-arja, ilma li ma jintużax għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali, tojlits kimiċi, ilma maħmuġ, skart tal-isptarijiet u ħamrija. Użati bħala alkaċidi għat-trattament ta' pixxini, akkwarji u ilmijiet oħra u għat-trattament rimedjali ta' materjali oħra tal-bini. Użati sabiex jiġu inkorporati f'tessili, tessuti, maskri, żebgħa u oġġetti jew materjali oħra bil-għan li jiġu prodotti oġġetti trattati b'karatteristiċi diżinfettanti. |
| TP 3 | Iġjene veterinarja | Użati għall-finijiet ta' iġjene veterinarja bħal diżinfettanti, sapun diżinfettant, prodotti tal-iġjene tal-ħalq jew tal-persuna jew b'funzjoni antimikrobika Użati sabiex jiddiżinfettaw il-materjali u s-superfiċji assoċjati mal-akkomodazzjoni jew mat-trasport tal-annimali. |
| TP 4 | Żoni tal-ikel u tal-għalf | Użati sabiex jiddiżinfettaw tagħmir, kontenituri, oġġetti tat-tisjir, superfiċji jew sistemi tal-pajpijiet assoċjati mal-produzzjoni, it-trasport, il-ħżin jew il-konsum tal-ikel jew l-għalf (inkluż l-ilma tax-xorb) għall-bnedmin u għall-annimali. Użati sabiex jinxtorbu f'materjali li jistgħu jiġu f'kuntatt mal-ikel. |
| TP 5 | Ilma tax-xorb | Użati sabiex jiddiżinfettaw l-ilma tax-xorb, kemm għall-bnedmin kif ukoll għall-annimali. |
| Numru | Tip ta' prodott | Deskrizzjoni |
|---|---|---|
| Grupp prinċipali 2: Preservattivi Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, dawn it-tipi ta' prodotti jinkludu biss prodotti li jipprevjenu l-iżvilupp ta' mikrobi u ta' alka. | ||
| TP 6 | Preservattivi għal prodotti matul il-ħżin | Użati għall-preservazzjoni ta' prodotti ffabbrikati, li mhumiex oġġetti tal-ikel, għalf, kożmetiċi jew prodotti mediċinali jew tagħmir mediku permezz tal-kontroll tad-deterjorament mikrobiku sabiex jiġi żgurat il-perjodu ta' konservazzjoni tagħhom. Użati bħala preservattivi għall-ħżin jew għall-użu ta' lixki rodentiċidi, insettiċidi jew lixki oħra. |
| TP 7 | Preservattivi għall-pellikoli | Użati għall-preservazzjoni ta' pellikoli jew kisi permezz tal-kontroll tad-deterjorament mikrobiku jew l-iżvilupp tal-alka għall-protezzjoni tal-proprjetajiet inizjali tas-superfiċju ta' materjali jew oġġetti bħal żebgħat, plastik, siġillanti, adeżivi tal-ħajt, legaturi, karti, xogħlijiet tal-arti. |
| TP 8 | Preservattivi għall-injam | Użati għall-preservazzjoni tal-injam, li jibda minn u jinkludi l-istadju tal-fabbrika tas-serrar, jew tal-prodotti tal-injam permezz tal-kontroll ta' organiżmi li jeqirdu l-injam jew li jisfigurawh, inklużi insetti. Dan it-tip ta' prodott jinkludi kemm il-prodotti preventivi kif ukoll dawk kurattivi. |
| TP 9 | Preservattivi għal fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati | Użati għall-preservazzjoni ta' materjali fibrużi jew polimerizzati, bħal prodotti tal-ġilda, tal-gomma jew tal-karta jew prodotti tessili permezz tal-kontroll tad-deterjorament mikrobijoloġiku. Dan it-tip ta' prodott jinkludi prodotti bijoċidali li jevitaw li l-mikroorganiżmi joqogħdu f'wiċċ il-materjali u għalhekk ixekklu jew jimpedixxu t-tirjiħ u/jew joffru tipi oħra ta' benefiċċji. |
| TP 10 | Preservattivi għal materjal tal-bini | Użati għall-preservazzjoni tal-ġebla, materjali mħallta, jew materjali oħra tal-bini li mhumiex injam permezz tal-kontroll ta' attakki mikrobijoloġiċi u tal-alka. |
| TP 11 | Preservattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi | Użati għall-preservazzjoni tal-ilma jew likwidi oħra użati fis-sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar permezz tal-kontroll ta' organiżmi dannużi bħal mikrobi, alka u molluski. Prodotti użati għall-preservazzjoni tal-ilma tax-xorb jew tal-ilma għall-pixxini mhumiex inklużi f'dan it-tip ta' prodott. |
| TP 12 | Slimiċidi | Użati għall-preservazzjoni jew għall-kontroll tal-iżvilupp tal-lgħab fuq materjali, tagħmir u strutturi, użati fil-proċessi, industrijali, eż. fuq l-injam u l-polpa tal-karta, is-saffi tar-ramel poruż fl-estrazzjoni taż-żejt. |
| TP 13 | Preservattivi għal fluwidi użati għall-ħdim jew qtugħ | Prodotti li jikkontrollaw i-deterjorament mikrobiku fi fluwidi użati għall-ħdim jew għall-qtugħ ta' metall, ħġieġ jew ta' materjali oħra. |
| Numru | Tip ta' prodott | Deskrizzjoni |
|---|---|---|
| Grupp prinċipali 3: Kontroll tal-infestazzjonijiet | ||
| TP 14 | Rodentiċidi | Użati għall-kontroll ta' ġrieden, farijiet jew annimali gerriema oħra, b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jżommuhom ‘il bogħod jew jattirawhom. |
| TP 15 | Aviċidi | Użati għall-kontroll ta' għasafar, b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jżommuhom ‘il bogħod jew jattirawhom. |
| TP 16 | Molluskiċidi, vermiċidi u prodotti għall-kontroll ta' inverterbrati oħrajn | Użati għall-kontroll ta' molluski, dud u inverterbrati mhux koperti minn tipi oħra ta' prodotti, b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jżommuhom ‘il bogħod jew jattirawhom. |
| TP 17 | Pixxiċidi | Użati għall-kontroll ta' ħut, b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jżommuhom ‘il bogħod jew jattirawhom. |
| TP 18 | Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra | Użati għall-kontroll ta' artropodi (eż. insetti, araknidi u krustaċji), b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jżommuhom ‘il bogħod jew jattirawhom. |
| TP 19 | Sustanzi li jżommu ‘l bogħod (repellents) u dawk li jattiraw (attractants) | Użati għall-kontroll ta' organiżmi dannużi (invertebrati bħal briegħed, vertebrati bħal għasafar, ħut jew annimali gerriema), billi jżommu ‘l bogħod jew jattiraw, inklużi dawk li jintużaw għall-iġjene tal-bniedem jew dik veterinarja direttament fuq il-ġilda jew indirettament fl-ambjent tal-bnedmin jew tal-annimali. |
| TP 20 | Kontroll ta' vertebrati oħra | Użati għall-kontroll ta' vertebrati li mhumiex diġà koperti mit-tipi ta' prodotti l-oħra ta' dan il-grupp prinċipali, b'mezzi oħra li mhumiex dawk li jżommuhom ‘il bogħod jew jattirawhom. |
| Numru | Tip ta' prodott | Deskrizzjoni |
|---|---|---|
| Grupp prinċipali 4: Prodotti bijoċidali oħra | ||
| TP 21 | Prodotti għall-kontra l-iżvilupp tal-ħaxix tal-ilma (antifouling) | Użati għall-kontroll tal-iżvilupp u l-kolonizzazzjoni ta' organiżmi li jniġġsu (mikrobi u forom aktar għoljin ta' speċijiet tal-pjanti jew tal-annimali) fuq bastimenti, tagħmir tal-akkwakoltura jew strutturi oħra użati fl-ilma. |
| TP 22 | Fluwidi għall-ibbalzmar u dawk użati mit-tassidermisti | Użati sabiex jiddiżinfettaw u jippreservaw il-katavri tal-bnedmin jew tal-annimali, jew ta' partijiet minnhom. |
Categories Display
Route: .live1




