Proċedura ta' applikazzjoni

Il-proċedura ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni simplifikata ta' prodott bijoċidali hija simili għall-proċedura għal awtorizzazzjoni nazzjonali tal-prodott ħlief għal rekwiżiti tad-dejta differenti. L-applikanti jeħtieġ li jippreżentaw abbozz ta' sommarju ta' karatteristiċi ta' prodott bijoċidali, dejta rilevanti ta' effikaċja u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li turi li l-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet għal proċedura simplifikata ta' awtorizzazzjoni.
 
L-Applikazzjonijiet huma ppreżentati permezz ta' R4BP 3 lill-ECHA fil-forma ta' fajl IUCLID.                                                                                   

Din il-grafika tagħti ħarsa ġenerali tal-proċedura tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni simplifikata.

Passi

Il-proċess għandu diversi passi. Kull pass jeħtieġ li jitlesta qabel ma l-applikazzjoni tkun tista' tgħaddi għall-pass li jmiss. Huwa importanti li l-applikant jiżgura li jiġu sodisfatti l-iskadenzi rilevanti kollha, inkella l-applikazzjoni tiġi rifjutata matul il-kors tal-proċess.

 

Image

L-ECHA tiċċekkja li l-applikazzjoni u d-dejta ġew sottomessi fil-format korrett u tinforma lill- awtorità kompetenti ta' valutazzjoni permezz tar-R4BP 3.

 
Image

L-applikant iħallas it-tariffi relatati lill-awtorità kompetenti ta' valutazzjoni fi żmien 30 jum mid-data tal-fattura u l-awtorità kompetenti ta' valutazzjoni taċċetta l-applikazzjoni.

 
Image

L-awtorità kompetenti ta' valutazzjoni għandha 90 jum biex tivvaluta d-dossier u biex tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-prodott.

 
Image

Jekk id-dossier ma jkunx komplut, l-awtorità kompetenti ta' valutazzjoni ser titlob l-informazzjoni nieqsa mill-applikant. Dan normalment għandu jiġi pprovdut fi żmien 90 jum. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti ta' valutazzjoni għandha tawtorizza l-prodott fi żmien 90 jum minn meta tirċievi l-informazzjoni addizzjonali. 

 

Notifika

Prodott bijoċidali awtorizzat skont il-proċedura simplifikata ta' awtorizzazzjoni fi Stat Membru jista' jitpoġġa fis-suq ta' Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta' għarfien reċiproku.

Madankollu, id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istat Membr mill-inqas 30 jum qabel ma jpoġġi l-prodott fis-suq.

Jekk Stat Membru ieħor  ma jaqbilx jekk il-prodott bijoċidali jilħaqx il-kriterji għal awtorizzazzjoni simplifikata jew jiġi kkonsidrat li ma ġiex mgħarraf jew ittikkettat kif xieraq, jista' jirreferi l-kwistjoni lill-grupp ta' koordinazzjoni biex isolviha.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)