Sib il-koreġistranti tiegħek
Obbligu li taħdem mal-koreġistranti tiegħek
Il-koreġistranti kollha għall-istess sustanza huma parti minn grupp ta' kooperazzjoni msejjaħ forum ta' skambju ta' informazzjoni tas-sustanzi (substance information exchange forum (SIEF)). Kollha jridu jikkondividu data xjentifika dwar is-sustanza u jirreġistraw b'mod konġunt.
Sib il-koreġistranti tiegħek
Sib min għandu l-ħsieb li jirreġistra jew diġà rreġistras-sustanza tiegħek. Ħafna sustanzi diġà ġew irreġistrati. Lista ta' sustanzi li diġà ġew irreġistrati hija ppubblikata fis-sit web tal- ECHA.
- Jekk is-sustanza tiegħek hija diġà rreġistrata:
Sib min hu r-reġistrant prinċipali. Aktarx diġà rċevejt emails mingħand dik il-kumpanija. JInkella, ivverifika l-paġni ta' sottomissjoni Konġunta fil-paġni ta' f'REACH-IT. Ir-reġistrant prinċipali ipoġġik f'kuntatt mas-SIEF. - Jekk is-sustanza tiegħek ma tkunx għadha rreġistrata:
Sib id-dettalji tal-kuntatt tal-koreġistranti potenzjali tiegħek fil-paġni pre-SIEF ta' REACH-IT. Irrieżamina d-dettalji tal-kuntatt tiegħek.
Similarità tas-sustanza
Ladarba tkun f'kuntatt mas-SIEF, ikkonferma li s-sustanza tiegħek hija l-istess bħal dik fir-reġistrazzjoni eżistenti. Jekk is-sustanza tiegħek ma tkunx għadha rreġistrata, ivverifika mal-koreġistranti kollha li għandek il-ħsieb tirreġistra l-istess sustanza qabel tifforma s-SIEF.
Categories Display
Support
News
- List of substances with lead registrants available, 28 September 2016
- REACH 2018: Find your co-registrants, 17 November 2015
- Special e-News, 17 November 2015
Practical examples & case studies
- REACH 2018: Find your co-registrants, ECHA Newsletter 4/2015
- How to get in contact with your co-registrants, ECHA Newsletter 5/2015
Route: .live2




