Konsultazzjonijiet pubbliċi

Il-proposti għal restrizzjonijiet (stabbiliti fir-rapport tar-restrizzjoni skont l-Anness XV u l-abbozz ta’ opinjonijiet tas-SEAC huma soġġetti għal konsultazzjoni pubblika. L-ECHA tniedi wkoll sejħiet għal kummenti u għal evidenza fil-fażi preparatorja tal-proposta għal restrizzjoni u dwar id-dokumenti differenti li jkunu qed jitħejjew fl-ECHA fir-rigward ta’ restrizzjonijiet, bħal rapporti dwar sustanzi f’oġġetti u linji gwida dwar entrati ta’ restrizzjonijiet.

Kulħadd jista’ jippreżenta kummenti. Dawk l-aktar li jistgħu jkunu interessati huma kumpaniji, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-industrija jew lis-soċjetà ċivili, ċittadini individwali, kif ukoll awtoritajiet pubbliċi. Kummenti jintlaqgħu mill-UE jew lil hinn minnha.

Categories Display

Itteggjat bħala

(Ikklikkja t-tag biex tfittex kontenut relevanti)