Fornituri tas-Sustanza Attiva

Fornituri tas-Sustanza Attiva

Fornituri tas-Sustanza Attiva

L-ECHA hija responsabbli mill-pubblikazzjoni tal-lista tas-sustanzi rilevanti u mis-sustanza rispettiva u mill-fornituri tal-prodott, skont l-Artikolu 95 tar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR), kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014. L-għan ta’ din il-lista huwa li “tiżgura t-trattament ugwali ta’ persuni li jqiegħdu sustanzi attivi fis-suq” (premessa 8 tar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali).

Il-fornituri fuq il-lista tal-Artikolu 95 jinkludu parteċipanti fil-Programm ta’ Reviżjoni, sostenituri ta’ sustanzi attivi ġodda, li ssottomettew dossier skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar il-Prodotti Bijoċidali, BPD (Direttiva 98/8 /KE) jew skont l-Artikolu 7 tal-BPR, sottomettituri ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ prodott fejn l-applikazzjoni tinkludi dossier tas-sustanza attiva alternattiva (l-hekk imsejjaħ “dossier ta’ parti terza”), kif ukoll fornituri li ssottomettew applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 95(1) tal-BPR u li tkun instabet konformi mill-ECHA.

Mill-1 ta’ Settembru 2015, prodott bijoċidali ma jistax ikun disponibbli fis-suq tal-UE sakemm jew il-fornitur tas-sustanza jew il-fornitur tal-prodott ma jkunux inklużi fil-lista tal-Artikolu 95 għall-PT li għaliha jkun jappartjeni l-prodott.

L-ECHA taġġorna l-lista tal-Artikolu 95 fuq bażi regolari. L-informazzjoni fil-lista hija preċiża sal-punt tal-għarfien tal-ECHA. Biex entrata fil-lista tal-Artikolu 95 tiġi kkoreġuta, l-applikant jeħtieġ li jagħmel il-bidla rilevanti fl-R4BP3 (eż. għall-parteċipanti tal-Programm ta’ Reviżjoni fejn l-applikazzjoni tas-sustanza attiva għadha ma ġietx approvata, u kumpaniji li huma elenkati abbażi ta’ applikazzjoni għall-inklużjoni fl-Artikolu 95). Fejn dan ma jkunx possibbli (għal aktar dettalji, ara l-Anness għall-formola “Talba għal korrezzjonijiet ta’ entrata fil-lista tal-Artikolu 95”), il-kumpaniji jridu jitolbu l-bidla billi jissottomettu l-formola msemmija qabel permezz tal-formoli ta’ kuntatt tal-ECHA. Skont il-kumplessità tat-talba għal modifika, iż-żmien biex din titqies jista’ jvarja.

F’każ ta’ dubju, jew għal struzzjonijiet dwar kif tagħmel ċerta bidla fl-R4BP 3, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk tal-ECHA permezz tal-formoli ta’ kuntatt tal-ECHA.

Art 95 list download

Publish art. 95 list

 I have read and I accept the legal notice .

Disclaimer
Authentic version: Only the Article 95 list published on this website in PDF format is deemed authentic. The XLS version is made available as a courtesy in order to facilitate companies access to data and ECHA accepts no liability for the accuracy of that version of the Article 95 list as well as with regard to the use that may be made of the information contained in it. Usage of the information in the XLS version remains under the sole responsibility of the user.